|
+Artikolu 8 1. |
Artikolu 8 1.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta lil istituzzjoni u lis-sussidjarji tagħha kollha jew uħud minnhom fl-Unjoni u jissorveljawhom bħala sottogrupp tal-likwidità waħdieni sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta;
(b)
l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew l-istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata timmonitorja u għandha superviżjoni l-ħin kollu fuq il-pożizzjonijiet ta' likwidità tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew is-sottogrupp, li huma soġġetti għar-rinunzja, timmonitorja u għandha superviżjoni l-ħin kollu fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew is-sottogrupp fejn ir-rekwiżit tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli (NSFR) stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jiġi rinunzjat, u li tiżgura livell suffiċjenti ta' likwidità, u ta' finanzjament stabbli fejn ir-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jiġi rinunzjat, għal dawk l-istituzzjonijiet kollha;
(c)
l-istituzzjonijiet ikunu daħlu f’kuntratti li, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jiddisponu għall-moviment liberu tal-fondi bejniethom sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom individwali u konġunti meta jsiru dovuti;
(d)
ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew legali għall-esekuzzjoni tal-kuntratti msemmija f’(c). Sal-1 ta’ Jannar 2014 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kull ostaklu legali li jista' jrendi impossibbli l-applikazzjoni tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu u hi mistiedna tagħmel proposta leġislattiva, jekk ikun xieraq, sal-31 ta’ Diċembru 2015 dwar liema minn dawn l-ostakli għandhom jitneħħew. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|