|
+Artikolu 8 3. |
Artikolu 8 3.Meta l-istituzzjonijiet ta’ sottogrupp waħdieni tal-likwidità ikunu awtorizzati f’diversi Stati Membri, il-paragrafu 1 għandu jkun applikat biss wara li tkun segwita l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 u għall-istituzzjonijiet biss li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jaqblu rigward l-elementi li ġejjin:
(a)
il-valutazzjoni tagħhom tal-konformità tal-organizzazzjoni u tat-trattament tar-riskju tal-likwidità bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE fis-sottogrupp waħdieni tal-likwidità;
(b)
id-distribuzzjoni tal-ammonti, il-post u s-sjieda tal-assi likwidi meħtieġa li jridu jinżammu fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità uniku, fejn ir-rekwiżit tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) ikun irrinunzjat, u d-distribuzzjoni tal-ammonti u l-post ta' finanzjament stabbli disponibbli fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità uniku fejn jiġi rrinunzjat ir-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta;
(c)
id-determinazzjoni tal-ammonti minimi tal-assi likwidi li għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-LCR kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) tiġi rrinunzjata u d-determinazzjoni tal-ammonti minimi tal-finanzjament stabbli disponibbli li għandu jinżamm mill-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta tiġi rrinunzjata;
(d)
il-ħtieġa għal parametri aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-Parti Sitta;
(e)
kondiviżjoni bla restrizzjoni tal-informazzjoni kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti.
(f)
fehim sħiħ tal-implikazzjonijiet ta' tali rinunzja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|