+Artikolu 9 Metodu ta’ konsolidazzjoni individwali
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
|
Artikolu 9 Metodu ta’ konsolidazzjoni individwali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 144(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu fuq il-bażi ta’ każ każ lill-istituzzjonijiet prinċipali sabiex jinkorporaw fil-kalkolazzjoni tar-rekwiżit tagħhom skont l-Artikolu 6(1) is-sussidjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 7(1), u li l-iskoperturi materjali tagħhom jew l-obbligazzjonijiet materjali tagħhom ikunu lejn dik l-istituzzjoni prinċipali.
|
|
Artikolu 9 2.
|
It-trattament stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun permess biss meta l-istituzzjoni prinċipali turi b’mod sħiħ lill-awtoritajiet kompetenti ċ-ċirkostanzi u l-arranġamenti, inklużi l-arranġamenti ġuridiċi, li bis-saħħa tagħhom ma jkunx hemm impediment materjali prattiku jew ġuridiku, u lanqas ma jkunu previsti, għat-trasferiment rapidu tal-fondi proprji, jew ir-ripagament tal-obbligazzjonijiet meta jkun xieraq mis-sussidjarja lill-impriża prinċipali tagħha.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Meta awtorità kompetenti teżerċita d-diskrezzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, hija għandha fuq bażi regolari u mhux inqas minn darba fis-sena tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha dwar l-użu magħmul mill-paragrafu 1 u ċ-ċirkustanzi u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2. Meta s-sussidjarja tkun f’pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu wkoll l-istess informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|