|
+Artikolu 26 2. |
Artikolu 26 2.Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu profitt interim jew ta’ tmiem is-sena f’kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 qabel l-istituzzjoni tkun ħadet deċiżjoni formali li tikkonferma l-profitt jew telf finali tal-istituzzjoni għas-sena biss bil-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess, f'każ li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
dawk il-profitti ġew ivverifikati minn persuni indipendenti tal-istituzzjoni li huma responsabbli għall-verifika tal-kontijiet ta’ dik l-istituzzjoni;
(b)
l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li kwalunkwe addebitament jew dividend prevedibbli tnaqqas mill-ammont ta’ dak il-profitt. Verifika tal-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena tal-istituzzjoni għandha tipprovdi livell adegwat ta’ aċċertament li dawk il-profitti ġew evalwati skont il-prinċipji stabbiliti fil-qafas tal-kontabbiltà applikabbli 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|