|
+Artikolu 47c 1. |
Artikolu 47c 1.Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti b'mod separat għal kull skopertura improduttiva li għandu jitnaqqas minn entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni billi jitnaqqas l-ammont determinat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu mill-ammont determinat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, fejn l-ammont imsemmi fil-punt (a) jaqbeż l-ammont imsemmi fil-punt (b):
(a)
it-total ta':
(i)
il-parti mhux garantita ta' kull skopertura improduttiva, jekk ikun il-każ, immultiplikata bil-fattur applikabbli msemmi fil-paragrafu 2;
(ii)
il-parti garantita ta' kull skopertura improduttiva, jekk ikun il-każ, immultiplikata bil-fattur applikabbli msemmi fil-paragrafu 3;
(b)
it-total tal-entrati li ġejjin dment li jkunu relatati mal-istess skopertura improduttiva:
(i)
aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu;
(ii)
aġġustamenti tal-valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 u 105;
(iii)
tnaqqis ieħor minn fondi proprji;
(iv)
għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ammonti ta' skoperturi peżati skont ir-riskju bl-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni, il-valur assolut tal-ammonti mnaqqsin skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) li jirrelataw ma' skoperturi improduttivi, fejn il-valur assolut li jista' jiġi attribwit għal kull skopertura improduttiva jiġi ddeterminat permezz tal-multiplikazzjoni tal-ammonti mnaqqsin skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) bil-kontribuzzjoni tal-ammont ta' telf mistenni għall-iskopertura improduttiva għall-ammonti totali ta' telf mistenni għal skoperturi inadempjenti u mhux inadempjenti, kif applikabbli.
(v)
fejn skopertura improduttiva tinxtara bi prezz aktar baxx mill-ammont dovut mid-debitur, id-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-ammont dovut mid-debitur;
(vi)
ammonti mħassra mill-istituzzjoni minn meta l-iskopertura ġiet ikklassifikata bħala improduttiva. Il-parti garantita ta' skopertura improduttiva hija dik il-parti tal-iskopertura li, għall-fini tal-kalkolu tal-rekwiżiti tal-fondi proprji skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta, hija meqjusa bħala koperta minn protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu jew protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu jew garantita bis-sħiħ u kompletament b'ipoteki. Il-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva tikkorrispondi għad-differenza, jekk ikun il-każ, bejn il-valur tal-iskopertura kif stipulat fl-Artikolu 47a(1) u l-parti garantita tal-iskopertura, jekk ikun il-każ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|