|
+Artikolu 47c 4. |
Artikolu 47c 4.►M17 B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-fatturi li ġejjin għandhom japplikaw għall-parti tal-iskopertura improduttiva garantita jew kontrogarantita minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli msemmi fl-Artikolu 201(1), il-punti (a) sa (e), l-iskopertura mhux garantita li għalihom jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 0 % skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2: ◄
(a)
0 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn sena u seba' snin wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva; u
(b)
1 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva li għandha tiġi applikata mill-ewwel jum tat-tmien sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva, sakemm il-fornitur tal-protezzjoni eliġibbli ma jkunx qabel li jissodisfa bis-sħiħ l-obbligi ta' pagament kollha tad-debitur lejn l-istituzzjoni u f'konformità mal-iskeda ta' pagament kuntrattwali oriġinali, f'liema każ għandu japplika fattur ta' 0 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|