Artikolu 74
Holdings ta' strumenti kapitali maħruġa minn entitajiet regolati tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju
L-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu minn xi element ta' fondi proprji holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta' stumenti kapitali maħruġa minn entità regolata tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju ta' dik l-entità. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piżijiet tar-riskju għal dawn il-holdings f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2.