|
+Artikolu 104c 1. |
Artikolu 104c 1.Istituzzjoni li tkun ħadet pożizzjoni ta' riskju b'mod deliberat sabiex tiħħeġġja, tal-anqas parzjalment, kontra movimenti avversi fir-rati tal-kambju fuq kwalunkwe waħda mill-proporzjonijiet kapitali tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 92(1), il-punti (a), (b) u (c), tista', soġġetta għall-permess tal-awtorità kompetenti tagħha, teskludi dik il-pożizzjoni ta' riskju mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju msemmija fl-Artikolu 325(1), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-ammont massimu tal-pożizzjoni tar-riskju li jkun eskluż mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ikun limitat għall-ammont tal-pożizzjoni tar-riskju li jinnewtralizza s-sensittività ta' kwalunkwe wieħed mill-proporzjonijiet kapitali għall-movimenti negattivi fir-rati tal-kambju;
(b)
il-pożizzjoni tar-riskju tkun eskluża mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal tal-anqas sitt xhur;
(c)
l-istituzzjoni tkun stabbiliet qafas xieraq ta' ġestjoni tar-riskju għall-iħħeġġjar tal-movimenti negattivi fir-rati tal-kambju fuq kwalunkwe waħda mill-proporzjonijiet kapitali tagħha, inkluż strateġija ċara ta' ħħeġġjar u struttura ta' governanza;
(d)
l-istituzzjoni tkun ipprovdiet lill-awtorità kompetenti ġustifikazzjoni għall-esklużjoni ta' pożizzjoni tar-riskju mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, id-dettalji ta' dik il-pożizzjoni ta' riskju u l-ammont li għandu jiġi eskluż. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|