+Artikolu 105 Rekwiżiti għal Valutazzjoni Prudenti
---+Artikolu 105 1.
---+Artikolu 105 2.
---+Artikolu 105 3.
---+Artikolu 105 4.
---+Artikolu 105 5.
---+Artikolu 105 6.
---+Artikolu 105 7.
---+Artikolu 105 8.
---+Artikolu 105 9.
---+Artikolu 105 10.
---+Artikolu 105 11.
---+Artikolu 105 12.
---+Artikolu 105 13.
---+Artikolu 105 14.

Artikolu 105 Rekwiżiti għal Valutazzjoni Prudenti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 105 1.
Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar kollha mkejla b'valur ġust għandhom ikunu soġġetti għall-istandards ta' valwazzjoni prudenti speċifikati f'dan l-Artikolu. L-istituzzjonijiet għandhom b'mod partikolari jiżguraw li l-valwazzjoni prudenti tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tagħhom tilħaq grad xieraq ta' ċertezza fid-dawl tan-natura dinamika tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar imkejla b'valur ġust, id-domandi ta' solidità prudenzjali u l-mod ta' operat u l-għan tar-rekwiżiti ta' kapital fir-rigward tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar imkejla b'valur ġust.
Artikolu 105 2.

L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jżommu sistemi u kontrolli suffiċjenti sabiex jipprovdu stimi ta’ valutazzjoni prudenti u affidabbli. Dawk is-sistemi u kontrolli għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

politiki u proċeduri dokumentati għall-proċess ta’ valutazzjoni, inkluż ir-responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar tal-oqsma varji involuti fid-determinazzjoni tal-valutazzjoni, is-sorsi tal-informazzjoni tas-suq u analiżi tal-adegwatezza tagħhom, linji gwida għall-użu ta’ parametri li ma jistgħux jiġu osservati li jirriflettu s-suppożizzjonijiet tal-istituzzjoni dwar dak li l-parteċipanti tas-suq sejrin jużaw fl-ipprezzar tal-pożizzjoni, il-frekwenza ta’ valutazzjoni indipendenti, l-għażla tal-ħin għall-prezzijiet tal-għeluq, il-proċeduri għall-aġġustament tal-valutazzjonijiet, il-proċeduri ta’ verifika tal-għeluq tax-xahar u dawk ad-hoc;

▼C2

(b) 

linji ta' rappurtar għad-dipartiment responsabbli għall-proċess ta' valutazzjoni li jkunu ċari u indipendenti mill-uffiċċju tan-negozjar, li għandhom finalment ikunu għall-korp maniġerjali.

Artikolu 105 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar b'valur ġust tal-inqas darba kuljum. Il-bidliet fil-valur ta' dawn il-pożizzjonijiet għandhom jiġu rrapportati fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni.
Artikolu 105 4.
L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom imkejla b'valur ġust għas-suq, kull meta jkun possibbli, inkluż meta jiġi applikat it-trattament tal-kapital rilevanti għal dawk il-pożizzjonijiet.
Artikolu 105 5.
Meta twettaq valutazzjoni skont il-valur tas-suq, istituzzjoni għandha tuża l-lat l-aktar prudenti ta’ offerta sakemm l-istituzzjoni ma tistax tikkwota prezz medju. Fejn l-istituzzjonijiet jagħmlu użu minn din id-deroga, kull sitt xhur dawn għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bil-pożizzjonijiet ikkonċernati u jagħtu evidenza li dawn jistgħu jikkwotaw prezz medju.
Artikolu 105 6.
Fejn ma tkunx possibbli valwazzjoni skont is-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu valwazzjoni skont mudell konservattiv tal-pożizzjonijiet u l-portafolli tagħhom, inkluż meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar imkejla b'valur ġust fil-portafoll mhux tan-negozjar.
Artikolu 105 7.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin meta jwettqu valutazzjoni skont mudell:

(a) 

il-maniġment superjuri għandu jkun konxju tal-elementi tal-portafoll tan-negozjar jew ta’ pożizzjonijiet oħra b’valur ġust li jkunu soġġetti għal valutazzjoni skont mudell u għandhom jifhmu l-materjalità tal-inċertezza li b’hekk tinħoloq fir-rappurtar tar-riskju/prestazzjoni tan-negozju;

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu inputs tas-suq, fejn possibbli, skont il-prezzijiet tas-suq, u għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-inputs tas-suq tal-pożizzjoni partikolari li tkun qiegħda tiġi vvalutata u l-parametri tal-mudell fuq bażi frekwenti;

(c) 

fejn disponibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodoloġiji ta’ valutazzjoni li jkunu prattiki aċċettati tas-suq għal strumenti finanzjarji partikolari jew għal prodotti;

(d) 

fejn il-mudell jiġi żviluppat mill-istituzzjoni innifisha, għandu jiġi bbażat fuq suppożizzjonijiet xierqa, li jkunu ġew ivvalutati u kkontestati minn partijiet adegwatament ikkwalifikati b’mod indipendenti mill-proċess ta’ żvilupp;

(e) 

l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri formali għall-kontroll tat-tibdil u għandhom iżommu kopja sigura tal-mudell u jużawha perjodikament biex jikkontrollaw il-valutazzjonijiet;

(f) 

il-ġestjoni tar-riskju għandu jkun konxju tal-punti debboli tal-mudelli użati u l-aħjar mod kif dawk jiġu riflessi fir-riżultat tal-valutazzjoni; u

(g) 

il-mudelli tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal analiżi perjodika biex tiġi ddeterminata l-akkuratezza tal-prestazzjoni tagħhom, li għandha tinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza kontinwata tas-suppożizzjonijiet, l-analiżi tal-profitt u t-telf versus il-fatturi tar-riskji, u t-tqabbil ta’ valuri reali tal-għeluq skont l-eżiti tal-mudelli.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-mudell għandu jiġi żviluppat jew approvat indipendentement mill-postijiet tan-negozjar u għandu jiġi ttestjat b'mod indipendenti, inkluż il-validazzjoni tal-matematika, is-suppożizzjonijiet u l-implimentazzjoni tas-softwer.

Artikolu 105 8.
L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu verifiki indipendenti tal-prezz flimkien mal-valwazzjoni skont il-valur tas-suq jew valwazzjoni skont skont mudell ta’ kuljum. Il-verifika tal-prezzijiet tas-suq u tal-inputs tal-mudelli għandha ssir minn persuna jew minn unità indipendenti minn persuni jew minn unitajiet li jibbenefikaw mill-portafoll tan-negozjar, mill-inqas darba fix-xahar, jew aktar frekwenti skont in-natura tas-suq jew tal-attività tan-negozjar. Meta ma jkunx hemm disponibbli sorsi indipendenti tal-ipprezzar jew is-sorsi tal-ipprezzar ikunu aktar suġġettivi, jistgħu jkunu xierqa miżuri prudenti bħal aġġustamenti fil-valutazzjoni.
Artikolu 105 9.
L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu u jżommu proċeduri għall-kunsiderazzjoni tal-aġġustamenti fil-valwazzjoni.
Artikolu 105 10.
L-istituzzjonijiet għandhom formalment jikkunsidraw l-aġġustamenti li ġejjin fil-valutazzjoni: firxiet tal-kreditu mhux iggwadanjati, il-kosti ta’ egħluq, ir-riskji operattivi, l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq, it-terminazzjoni bikrija, il-kosti ta’ investiment u finanzjament, il-kosti amministrattivi futuri u, fejn rilevanti, ir-riskju tal-mudell.
Artikolu 105 11.

L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri għall-kalkolu ta’ aġġustament għall-valutazzjoni kurrenti ta’ xi pożizzjonijiet anqas likwidi, li partikolarment jistgħu jirriżultaw minn avvenimenti tas-suq jew minn sitwazzjonijiet relatati mal-istituzzjoni bħal pożizzjonijiet konċentrati u/jew pożizzjonijiet li għalihom il-perijodu oriġinali ta’ holding jkun inqabeż. L-istituzzjonijiet għandhom, fejn meħtieġ, jagħmlu dawn l-aġġustamenti minbarra xi tibdil meħtieġ għall-valur tal-pożizzjoni għall-finijiet ta’ rappurtar finanzjarju u għandhom ifasslu dawn l-aġġustamenti biex jirriflettu l-illikwidità tal-pożizzjoni. Skont dawk il-proċeduri, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw diversi fatturi waqt li jkunu qegħdin jiddeterminaw jekk ikunx hemm il-ħtieġa ta’ aġġustament tal-valutazzjoni għal pożizzjonijiet inqas likwidi. Dawk il-fatturi jinkludu li ġejjin:

▼M8

(a) 

l-ammont addizzjonali ta' żmien li jkun meħtieġ biex tiġi ħħeġġjata l-pożizzjoni jew ir-riskji fil-pożizzjoni lil hinn mill-orizzonti ta' likwidità li ġew assenjati lill-fatturi tar-riskju tal-pożizzjoni skont l-Artikolu 352bd;

▼B

(b) 

il-volatilità u l-medja tal-firxiet ta’ talba/offerta;

(c) 

id-disponibbiltà ta’ kwotazzjonijiet tas-suq (in-numru u l-identità ta’ ġeneraturi tas-suq) u l-volatilità u l-medja ta’ volumi ta’ negozjar inkluż volumi ta’ negozjar matul perijodi ta’ stress tas-suq;

(d) 

il-konċentrazzjonijiet tas-suq;

(e) 

iż-żmien li jgħaddi mit-teħid tal-pożizzjonijiet;

(f) 

il-punt sa fejn il-valutazzjoni tkun ibbażata fuq valutazzjoni skont mudell;

(g) 

l-impatt ta’ riskji oħra tal-mudell.

Artikolu 105 12.
Meta jużaw valutazzjonijiet minn partijiet terzi jew valutazzjoni skont mudell, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx japplikaw aġġustament tal-valutazzjoni. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li jiġu stabbiliti aġġustamenti fil-każ ta’ pożizzjonijiet inqas likwidi u jirrevedu fuq bażi kontinwa l-adegwatezza tagħhom. L-istituzzjonijiet għandhom ukoll jivvalutaw b’mod espliċitu il-ħtieġa ta’ aġġustamenti tal-valutazzjoni rigward l-inċertezza tal-inputs ta’ parametri użati mill-mudelli.
Artikolu 105 13.
Fir-rigward ta’ prodotti kumplessi, inkluż skoperturi ta’ titolizzazzjoni u derivattivi tal-kreditu skont l-ordni kronoloġika ta’ inadempjenza, l-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw b’mod espliċitu l-ħtieġa għal aġġustamenti fil-valutazzjoni biex jirriflettu r-riskju tal-mudell assoċjat mal-użu ta’ metodoloġija possibbilment inkorretta ta’ valutazzjoni u r-riskju tal-mudell assoċjat mal-użu ta’ parametri ta’ kalibrazzjoni inosservabbli (u possibbilment skorretti) tal-mudell ta’ valutazzjoni.
Artikolu 105 14.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ir-rekwiżiti tal-Artikolu 105 għandhom jiġu applikati għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit