|
+Artikolu 113 6. |
Artikolu 113 6.►M17 Bl-eċċezzjoni ta' skoperturi li jwasslu għal elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali, istituzzjoni tista', soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-iskoperturi ta' dik l-istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha, sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha, jew impriża marbuta mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni skont it-tifsir tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE. L-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħa li jagħtu approvazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: ◄
(a)
il-kontroparti tkun istituzzjoni, jew istituzzjoni finanzjarja soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa;
(b)
il-kontroparti tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni bħall-istituzzjoni fuq bażi totali;
(c)
il-kontroparti tkun soġġetta għall-istess proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju, ta’ kalkolu u ta’ kontrolli bħall-istituzzjoni;
(d)
il-kontroparti tkun stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni;
(e)
ma jkun hemm l-ebda impediment legali, materjali jew prattiku kurrenti jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għar-ripagament ta’ obbligazzjonijiet mill-kontroparti għall-istituzzjoni. Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tkun awtorizzata li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija tista’ tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|