+Artikolu 113 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju
---+Artikolu 113 1.
---+Artikolu 113 2.
---+Artikolu 113 3.
---+Artikolu 113 4.
---+Artikolu 113 5.
---+Artikolu 113 6.
---+Artikolu 113 7.
|
Artikolu 113 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 113 1.
|
Biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju, il-piżijiet tar-riskju għandhom jiġu applikati għall-iskoperturi kollha, sakemm dawk l-iskoperturi ma jitnaqqsux mill-fondi proprji jew huma soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni tal-piżijiet tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq il-klassi tal-iskoperturi li fiha tkun assenjata l-iskopertura u, sal-limitu speċifikat fit-Taqsima 2, il-kwalità kreditizja tagħha. Il-kwalità kreditizja tista' tiġi stabbilita b'referenza għall-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs jew għall-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' aġenziji dwar krediti għall-esportazzjoni f'konformità mat-Taqsima 3. Bl-eċċezzjoni ta' skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi stabbiliti fl-Artikolu 112, il-punti (a), (b), (c) u (e), ta’ dan ir-Regolament meta l-valutazzjoni f'konformità mal-Artikolu 79, il-punt (b) tad-Direttiva 2013/36/UE tirrifletti karatteristiċi ta' riskju ogħla minn dawk implikati mill-iskala ta' kwalità kreditizja li għaliha tkun assenjata l-iskopertura abbażi tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI nominata jew tal-aġenzija ta' krediti għall-esportazzjoni, l-istituzzjoni għandha tassenja piż tar-riskju tal-anqas skala waħda tal-kwalità kreditizja ogħla mill-piż tar-riskju implikat mill-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI nominata jew tal-aġenzija ta' krediti għall-esportazzjoni.
|
|
Artikolu 113 2.
|
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi mmultiplikat bil-piż tar-riskju speċifikat jew stabbilit skont it-Taqsima 2.
|
|
Artikolu 113 3.
|
Meta skopertura tkun soġġetta għall-protezzjoni ta’ kreditu, il-valur tal-iskopertura jew il-piż tar-riskju applikabbli għal dik l-iskopertura, kif xieraq, jistgħu jiġu emendati f'konformità ma' dan il-Kapitolu u l-Kapitolu 4.
|
|
Artikolu 113 4.
|
L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi titolizzati għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 5.
|
|
Artikolu 113 5.
|
Il-valur tal-iskopertura ta' kwalunkwe element ieħor li għalih ma huwa pprovdut l-ebda piż tar-riskju skont dan il-Kapitolu għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 %.
|
|
Artikolu 113 6.
|
►M17
Bl-eċċezzjoni ta' skoperturi li jwasslu għal elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali, istituzzjoni tista', soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-iskoperturi ta' dik l-istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha, sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha, jew impriża marbuta mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni skont it-tifsir tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE. L-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħa li jagħtu approvazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: ◄
▼M17
(a)
il-kontroparti tkun istituzzjoni, jew istituzzjoni finanzjarja soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa;
▼B
(b)
il-kontroparti tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni bħall-istituzzjoni fuq bażi totali;
(c)
il-kontroparti tkun soġġetta għall-istess proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju, ta’ kalkolu u ta’ kontrolli bħall-istituzzjoni;
(d)
il-kontroparti tkun stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni;
(e)
ma jkun hemm l-ebda impediment legali, materjali jew prattiku kurrenti jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għar-ripagament ta’ obbligazzjonijiet mill-kontroparti għall-istituzzjoni.
Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tkun awtorizzata li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija tista’ tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %.
|
|
Artikolu 113 7.
|
Bl-eċċezzjoni ta’ skoperturi li jagħtu lok għal elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġetti għall-permess minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti, ma japplikawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal skoperturi għal kontropartijiet li magħhom l-istituzzjoni tkun daħlet fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li jkun arranġament kuntrattwali jew obbligu statutorju li jipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet u partikolarment jiżgura l-likwidità u s-solvenza tagħhom biex jiġi evitat il-falliment fejn ikun meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħa li jagħtu permess jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a)
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (d) u (e) tal-paragrafu 6 jiġu ssodisfatti;
(b)
l-arranġamenti jiżguraw li l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tkun kapaċi tagħti l-appoġġ neċessarju mill-impenn tagħha permezz ta’ fondi li jkunu diġà għad-dispożizzjoni tagħha;
(c)
l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tiddisponi minn sistemi adegwati u stipulati b’mod uniformi għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tar-riskju, li tagħti stampa sħiħa tas-sitwazzjonijiet ta’ riskju tal-membri individwali kollha u tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali, bi possibbiltajiet korrispondenti biex teżerċita influwenza; dawk is-sistemi għandhom jimmonitorjaw b’mod adegwat l-iskoperturi inadempjenti skont l-Artikolu 178(1);
(d)
l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali twettaq analiżi tar-riskju tagħha stess li tiġi kkomunikata lill-membri individwali;
(e)
l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tfassal u tippubblika fuq bażi annwali, rapport konsolidat li jinkludi l-karta bilanċjali, il-kont tal-qligħ u t-telf, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, li jittratta l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali, jew rapport li jinkludi l-karta tal-bilanċ aggregata, il-kont tal-qligħ u t-telf aggregat, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, fir-rigward tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali;
(f)
il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali huma obbligati li jagħtu avviż bil-quddiem ta’ mill-inqas 24 xahar jekk ikunu jixtiequ jtemmu l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali;
(g)
l-użu multiplu ta’ elementi diversi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji (minn hawn ’il quddiem “ingranaġġ multiplu”) kif ukoll kull ħolqien mhux xieraq ta’ fondi proprji bejn il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandu jiġi eliminat;
(h)
l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandha tkun ibbażata fuq sħubija wiesgħa tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li jkollhom profil tan-negozju prinċipalment omoġenju;
(i)
l-adegwatezza tas-sistemi msemmija fil-punti (c) u (d) tkun approvata u mmonitorjata f’intervalli regolari mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija tista’ tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|