+Artikolu 122a Skoperturi fuq self speċjalizzat
---+Artikolu 122a 1.
---+Artikolu 122a 2.
---+Artikolu 122a 3.
---+Artikolu 122a 4.

Artikolu 122a Skoperturi fuq self speċjalizzat

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 122a 1.

Fil-klassi tal-iskoperturi korporattivi msemmija fl-Artikolu 112, il-punt (g), l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw separatament bħala skoperturi fuq self speċjalizzat, skoperturi bil-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a) 

l-iskopertura tkun għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew tħaddem assi fiżiċi jew tkun skopertura ekonomikament komparabbli ma' tali skopertura;

(b) 

l-iskopertura ma tkunx relatata mal-finanzjament ta' proprjetà residenzjali jew ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u tkun fi ħdan id-definizzjonijiet ta' skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti, ta' finanzjament ta' proġetti jew ta' finanzjament ta' komoditajiet stabbiliti fil-paragrafu 3;

(c) 

l-arranġamenti kuntrattwali li jirregolaw l-obbligu relatat mal-iskopertura jagħtu lill-istituzzjoni grad sostanzjali ta' kontroll fuq l-assi u fuq l-introjtu li jiġġeneraw;

(d) 

is-sors primarju tar-ripagament tal-obbligu relatat mal-iskopertura jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi finanzjat, aktar milli mill-kapaċità indipendenti ta' impriża kummerċjali akbar.

Artikolu 122a 2.

Skoperturi fuq self speċjalizzat li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1.



Tabella 1

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

Piż tar-riskju

20 %

50 %

75 %

100 %

150 %

150 %

Artikolu 122a 3.

Skoperturi fuq self speċjalizzat li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju kif ġej:

(a) 

meta l-iskop ta' skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi ffinanzjat l-akkwist ta' assi fiżiċi, inkluż vapuri, inġenji tal-ajru, satelliti, railcars u flotot, u l-introjtu li għandu jiġi ġġenerat minn dawk l-assi jkun fil-forma ta' flussi ta' flus iġġenerati mill-assi fiżiċi speċifiċi li jkunu ġew iffinanzjati u mirhuna jew assenjati lill-mutwanti (“skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 100 %;

(b) 

meta l-iskop ta' skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi previst finanzjament fuq terminu qasir ta' riżervi, inventarji jew riċevibbli ta' komoditajiet innegozjati fil-borża, inkluż żejt grezz, metalli, jew għelejjel, u l-introjtu li għandu jiġi ġġenerat minn dawk ir-riżervi, inventarji jew riċevibbli għandu jkun ir-rikavati mill-bejgħ tal-komodità (“skoperturi ta' finanzjament ta' komoditajiet”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 100 %;

(c) 

meta l-iskop ta' skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi ffinanzjat proġett individwali, jew fil-forma ta' kostruzzjoni ta' installazzjoni kapitali ġdida jew inkella rifinanzjament ta' installazzjoni eżistenti, b'titjib jew mingħajr titjib, għall-iżvilupp jew l-akkwist ta' installazzjonijiet kbar, kumplessi u għaljin, inkluż impjanti tal-enerġija, impjanti tal-ipproċessar kimiku, minjieri, infrastruttura tat-trasport, ambjent, u infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, li fih l-istituzzjoni mutwanti tħares primarjament lejn id-dħul iġġenerat mill-proġett iffinanzjat, kemm bħala s-sors ta' ripagament kif ukoll bħala t-titolu għas-self (“skoperturi ta' finanzjament ta' proġetti”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskju li ġejjin:

(i) 

130 % meta l-proġett li l-iskopertura tkun relatata miegħu jkun fil-fażi preoperazzjonali;

(ii) 

dment li ma jiġix applikat l-aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 501a, 80 % meta l-proġett li l-iskopertura tkun relatata miegħu jkun fil-fażi operazzjonali u l-iskopertura tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(1) 

ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tad-debitur li jwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment għall-mutwanti, inkluż ir-restrizzjoni li ma jistax jinħareġ dejn ġdid mingħajr il-kunsens tal-fornituri tad-dejn eżistenti;

(2) 

id-debitur ikollu biżżejjed fondi ta' riżerva ffinanzjati għalkollox fi flus kontanti, jew arranġamenti finanzjarji oħra ma' entità, biex ikopri l-finanzjament ta' kontinġenza u l-ħtiġijiet ta' kapital operatorju tul il-ħajja tal-proġett li jkun qed jiġi ffinanzjat, dment li l-entità tiġi assenjata klassifikazzjoni ta' ECAI minn ECAI rikonoxxuta bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, meta l-entità ma jkollhiex valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dik l-entità tiġi assenjata klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dik l-entità tiġi kklassifikata internament mill-istituzzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;

(3) 

il-proġett li miegħu tkun relatata l-iskopertura jiġġenera flussi ta' flus li jkunu prevedibbli u jkopru r-ripagamenti futuri kollha tas-self;

(4) 

meta d-dħul tad-debitur ma jkunx iffinanzjat permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, is-sors ta' ripagament tal-obbligu jiddependi minn kontroparti ewlenija waħda u dik il-kontroparti ewlenija tkun waħda minn dawn li ġejjin:

— 
bank ċentrali, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, dment li dawn jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikoli 114 u 115, jew jiġu assenjati klassifikazzjoni ta' ECAI bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 minn ECAI rikonoxxuta; jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, fejn il-bank ċentrali, il-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dawn jiġu assenjati klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dawn jiġu kklassifikati internament mill-istituzzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;
— 
entità tas-settur pubbliku, dment li dik l-entità tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 20 % jew inqas f'konformità mal-Artikolu 116, jew tiġi assenjata klassifikazzjoni ta' ECAI bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 minn ECAI rikonoxxuta jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, meta l-entità tas-settur pubbliku ma jkollhiex valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dik l-entità tas-settur pubbliku tiġi assenjata klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dik l-entità tas-settur pubbliku tiġi kklassifikata internament mill-istituzzjoni f'konformità mal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;
— 
entità korporattiva li tkun ġiet assenjata klassifikazzjoni ta' ECAI bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 minn ECAI rikonoxxuta, jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, meta l-entità korporattiva ma jkollhiex valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dik l-entità korporattiva tiġi assenjata klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dik l-entità korporattiva tiġi kklassifikata internament mill-istituzzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;
(5) 

il-klawżoli kuntrattwali li jirregolaw l-iskopertura għad-debitur jipprevedu grad għoli ta' protezzjoni għall-istituzzjoni mutwanti fil-każ ta' inadempjenza tad-debitur;

(6) 

il-kontroparti ewlenija, jew kontropartijiet oħra li jikkonformaw b'mod simili mal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-kontroparti ewlenija, effettivament jipproteġu lill-istituzzjoni mutwanti kontra telf li jirriżulta mit-terminazzjoni tal-proġett;

(7) 

l-assi u l-kuntratti kollha meħtieġa għat-tħaddim tal-proġett ikunu ġew mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti sa fejn ikun permess mil-liġi applikabbli;

(8) 

l-istituzzjoni mutwanti tkun tista' tieħu kontroll tad-debitur fil-każ ta' avveniment ta' inadempjenza;

(iii) 

100 % meta l-proġett li l-iskopertura tkun relatata miegħu jkun fil-fażi operazzjonali u l-iskopertura ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (ii);

(d) 

għall-finijiet tal-punt (c)(ii)(3), il-flussi ta' flus iġġenerati m'għandhomx jitqiesu bħala prevedibbli sakemm parti sostanzjali tad-dħul ma tkunx tissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

id-dħul ikun ibbażat fuq id-disponibbiltà, li jfisser li, ladarba l-kostruzzjoni titlesta, dment li l-kundizzjonijiet kuntrattwali jiġu ssodisfati, id-debitur ikun intitolat għal pagamenti mill-kontropartijiet kuntrattwali tiegħu li jkopru l-ispejjeż operazzjonali u ta' manutenzjoni, l-ispejjeż tas-servizz tad-dejn u r-redditi tal-ekwità hekk kif id-debitur iħaddem il-proġett, u dawk il-pagamenti ma jkunux soġġetti għal varjazzjonijiet fid-domanda, bħal-livelli ta' traffiku, u jkunu aġġustati tipikament biss għal nuqqas ta' prestazzjoni jew nuqqas ta' disponibbiltà tal-assi għall-pubbliku;

(ii) 

id-dħul ikun soġġett għal regolamentazzjoni tar-rata tar-redditu;

(iii) 

id-dħul ikun soġġett għal kuntratt take-or-pay;

(e) 

għall-finijiet tal-punt (c), il-fażi operazzjonali għandha tfisser il-fażi li fiha l-entità li tkun inħolqot speċifikament biex tiffinanzja l-proġett, jew li tkun ekonomikament komparabbli, tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-entità jkollha fluss ta' flus nett pożittiv li jkun biżżejjed biex ikopri kwalunkwe obbligu kuntrattwali li jifdal;

(ii) 

l-entità jkollha dejn fuq terminu twil li jkun qed jonqos.

Artikolu 122a 4.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet li skonthom jiġu ssodisfati l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, il-punt (c)(ii).

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit