|
+Artikolu 138 Rekwiżiti ġenerali |
Artikolu 138 Rekwiżiti ġeneraliArtikolu 138 Rekwiżiti ġenerali Istituzzjoni tista’ tinnomina ECAI waħda jew aktar biex jintużaw biex jiġu determinati l-piżijiet tar-riskju li jridu jiġu assenjati għall-assi u elementi li ma jidhrux. Istituzzjoni tista’ tirrevoka n-nomina ta’ ECAI. L-istituzzjoni għandha tissostanzja r-revoka jekk jeżistu indikazzjonijiet konkreti li l-intenzjoni li hija l-bażi tar-revoka tkun biex jitnaqqsu r-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali. Il-valutazzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx jintużaw b’mod selettiv. Istituzzjoni għandha tuża valutazzjonijiet ta’ kreditu solleċitati. Madankollu, hija tista’ tuża valutazzjonijiet ta’ kreditu mhux solleċitati jekk l-ABE tkun ikkonfermat li valutazzjonijiet ta’ kreditu mhux solleċitati ta’ ECAI ma tkunx differenti fil-kwalità minn valutazzjonijiet ta’ kreditu solleċitati ta’ din l-ECAI. L-ABE għandha tirrifjuta jew tirrevoka din il-konferma b’mod partikolari meta l-ECAI tkun użat valutazzjoni ta’ kreditu mhux solleċitata sabiex issir pressjoni fuq l-entità ggradata sabiex tordna valutazzjoni tal-kreditu jew servizzi oħra. Meta jużaw il-valutazzjoni tal-kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
istituzzjoni li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn ECAI għal ċerta klassi ta’ elementi għandha tuża dawk il-valutazzjonijiet tal-kreditu konsistentement għall-iskoperturi kollha ta’ dik il-klassi;
(b)
istituzzjoni li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn ECAI għandha tużahom b’mod kontinwu u konsistenti tul iż-żmien;
(c)
istituzzjoni għandha tuża biss valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI li jqisu l-ammonti kollha dovuti lilha kemm f’kapital kif ukoll f’imgħax;
(d)
fejn għal element klassifikat tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu waħda biss minn ECAI nominata, għandha tintuża dik il-valutazzjoni tal-kreditu biex tiddetermina l-piż tar-riskju għal dik l-entrata;
(e)
fejn ikunu disponibbli żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI nominati u t-tnejn jikkorrispondu ma’ piżijiet differenti tar-riskju għal element klassifikat, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż tar-riskju;
(f)
fejn għal element klassifikat ikunu disponibbli aktar minn żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI nominati, għandhom jintużaw iż-żewġ valutazzjonijiet li jiġġeneraw l-aktar żewġ piżijiet baxxi tar-riskju. Jekk l-iċken żewġ piżijiet tar-riskju jkunu differenti, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż tar-riskju. Jekk l-iċken żewġ piżijiet ikunu l-istess, għandu jiġi assenjat dak il-piż tar-riskju;
(g)
għal skoperturi għal istituzzjonijiet, istituzzjoni ma għandhiex tuża valutazzjoni tal-kreditu ta' ECAI li tinkorpora suppożizzjonijiet ta' appoġġ impliċitu mill-gvern, sakemm il-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI rispettiva ma tkunx tirreferi għal istituzzjoni li tkun proprjetà ta' jew stabbilita u sponsorjata minn gvernijiet ċentrali, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali. Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (g), fil-każ ta' istituzzjonijiet, għajr istituzzjonijiet li huma proprjetà ta' jew stabbiliti u sponsorjati minn gvernijiet ċentrali, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali, li għalihom jeżistu biss valutazzjonijiet tal-kreditu ta' ECAI li jinkorporaw suppożizzjonijiet ta' appoġġ impliċitu mill-gvern, l-iskoperturi għal tali istituzzjonijiet għandhom jiġu trattati bħala skoperturi għal istituzzjonijiet mhux ikklassifikati f'konformità mal-Artikolu 121. “Appoġġ impliċitu mill-gvern” tfisser li l-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali jaġixxu biex jipprevjenu lill-kredituri tal-istituzzjoni milli jġarrbu telf fil-każ ta' inadempjenza jew ta' diffikultà tal-istituzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|