|
+Artikolu 154 5. |
Artikolu 154 5.Sabiex ikunu eliġibbli għat-trattament fil-livell tal-konsumatur, riċevibbli mixtrija għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 184 u mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni tkun xtrat ir-riċevibbli minn bejjiegħa terzi mhux relatati, u l-iskopertura tagħha għad-debitur tar-riċevibbli ma tkun tinkludi l-ebda skopertura li direttament jew indirettament oriġinat mill-istituzzjoni nfisha;
(b)
ir-riċevibbli mixtrija għandhom ikunu ġġenerati fuq bażi distakkata bejn il-bejjiegħ u d-debitur. Għaldaqstant, riċevibbli ta’ kontijiet interkorporattivi u riċevibbli soġġetti għal kontrokontijiet bejn ditti li jbiegħu u jixtru mingħand xulxin ma jkunux eliġibbli;
(c)
l-istituzzjoni li tixtri jkollha pretensjoni fuq ir-rikavati kollha mir-riċevibbli mixtrija jew imgħax prorata fuq ir-rikavati; u
(d)
il-portafoll ta’ riċevibbli mixtrija jkun diversifikat biżżejjed. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|