|
+Artikolu 166 8b. |
Artikolu 166 8b.Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-użu tal-IRB-CCF kif speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jużaw l-IRB-CCF għal skoperturi li jirriżultaw minn impenji rotanti mhux miġbuda ttrattati skont l-Approċċ IRB, dment li dawk l-iskoperturi ma jkunux soġġetti għal SA-CCF ta' 100 % skont l-Approċċ Standardizzat. L-SA-CCF għandu jintuża għal:
(a)
l-entrati l-oħra kollha li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, b'mod partikolari l-impenji mhux rotanti mhux miġbuda;
(b)
skoperturi meta r-rekwiżiti minimi għall-kalkolu tal-IRB-CCF kif speċifikati fit-Taqsima 6 ma jiġux issodisfati mill-istituzzjoni jew meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ippermettiet l-użu tal-IRB-CCF. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, impenn għandu jitqies bħala “rotanti” meta jippermetti lil debitur jikseb self li bih id-debitur ikollu l-flessibbiltà li jiddeċiedi kemm spiss jiġbed mis-self u kull kemm żmien, filwaqt li jippermetti lid-debitur jippreleva, jirrimborża u jerġa' jiġbed self avvanzat lilu. L-arranġamenti kuntrattwali li jippermettu prepagamenti u l-ġbid mill-ġdid sussegwenti ta' dawk il-prepagamenti għandhom jitqiesu bħala rotanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|