+Artikolu 166 Skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku u skoperturi fil-livell tal-konsumatur
---+Artikolu 166 1.
---+Artikolu 166 2.
---+Artikolu 166 3.
---+Artikolu 166 4.
---+Artikolu 166 5.
---+Artikolu 166 6.
---+Artikolu 166 7.
---+Artikolu 166 8.
---+Artikolu 166 8a.
---+Artikolu 166 8b.
---+Artikolu 166 8c.
---+Artikolu 166 9.
|
Artikolu 166 Skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku u skoperturi fil-livell tal-konsumatur
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 166 1.
|
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, il-valur tal-iskoperturi li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur kontabilistiku kkalkulat mingħajr ma jiġi kkunsidrat kwalunkew aġġustament li jkun sar fir-riskju ta’ kreditu. Din ir-regola tapplika wkoll għal assi mixtrija bi prezz differenti mill-ammont dovut. Għall-assi mixtrija, id-differenza bejn l-ammont dovut u l-valur kontabilistiku li jifdal wara li jkunu ġew applikati l-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku li jkun ġie rreġistrat fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta nxtara l-assi hija denominata bħala skont jekk l-ammont dovut huwa akbar, u bħala primjum jekk huwa iżgħar.
|
|
Artikolu 166 2.
|
Fejn l-istituzzjonijiet jużaw ftehimiet Ewlenin ta’ netting fir-rigward ta’ transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat skont il-Kapitolu 4 jew 6.
|
|
Artikolu 166 3.
|
Sabiex jiġi kkalkulat il-valur tal-iskoperta għan-netting fuq il-karta tal-bilanċ ta’ self u depożiti, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 4.
|
|
Artikolu 166 4.
|
Il-valur tal-iskopertura għal kirjiet għandu jkun il-pagamenti tal-kirja minimi skontati. Il-pagamenti minimi tal-kirja għandhom jinkludu l-pagamenti matul il-perijodu tal-kirja li l-kerrej jista’ jkun meħtieġ jagħmel u kwalunkwe alternattiva ta’ nnegozjar (jiġifieri, alternattiva li l-eżerċizzju tagħha huwa raġonevolment ċert). Jekk parti, għajr il-kerrej tista’ tkun meħtieġa tagħmel pagament relatat mal-valur reżidwu ta’ assi mikri u dan l-obbligu ta’ pagament jissodisfa s-sett ta’ kondizzjonijiet fl-Artikolu 201 dwar l-eliġibbiltà tal-fornituri tal-protezzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ tipi oħra ta’ garanziji previsti fl-Artikolu 213, l-obbligu ta’ pagament jista’ jiġi kkunsidrat bħala l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata skont il-Kapitolu 4.
|
|
Artikolu 166 5.
|
Fil-każ ta’ kwalunkwe kuntratt elenkat fl-Anness II, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi ddeterminat mill-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 6 u ma għandu jqis l-ebda aġġustament li jkun sar fir-riskju ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 166 6.
|
Il-valur tal-iskopertura għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju ta’ riċevibbli mixtrija għandu jkun il-valur determinat skont il-paragrafu 1 imnaqqas mir-rekwiziti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ dilwizzjoni qabel il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 166 7.
|
Fejn skopertura tieħu l-forma ta’ titoli jew prodotti mibjugħa, imdaħħla jew mislufa peremzz ta’ transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, transazzjonijiet b’saldu fit-tul u transazzjonijiet ta’ self b’marġni, il-valur tal-iskopertura għandu jkun il-valur tat-titoli jew il-prodotti determinat skont l-Artikolu 24. Fejn jintuża l-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju kif stabbilit fl-Artikolu 223, il-valur tal-iskopertura għandu jiżdied bl-aġġustament tal-volatilità adatt għal tali titoli jew prodotti, kif stabbilit hemm. Il-valur tal-iskopertura ta’ transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, transazzjonijiet b’saldu fit-tul u transazzjonijiet ta’ self b’marġni jista’ jiġi ddeterminat jew skont il-Kapitolu 6 jew l-Artikolu 220(2).
|
|
Artikolu 166 8.
|
Il-valur tal-iskopertura ta' elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li mhumiex kuntratti kif elenkati fl-Anness II, għandu jiġi kkalkulat bl-użu jew tal-IRB-CCF jew tal-SA-CCFs, f'konformità mal-paragrafi 8a u 8b ta' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 151(8). Meta l-bilanċi miġbuda biss ta' faċilitajiet rotanti jkunu ġew titolizzati, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkomplu jżommu l-ammont meħtieġ ta' fondi proprji kontra l-bilanċi mhux miġbuda assoċjati mat-titolizzazzjoni. Istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess tuża l-IRB-CCF għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura bħala l-ammont impenjat iżda mhux miġbud immoltiplikat bl-SA-CCF ikkonċernat. Istituzzjoni li tuża l-IRB-CCF għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura għal impenji mhux miġbuda bħala l-ammont mhux miġbud immultiplikat bl-IRB-CCF.
|
|
Artikolu 166 8a.
|
Għal skopertura li għalih istituzzjoni ma tkunx ingħatat permess tuża l-IRB-CCF, is-CCF applikabbli għandu jkun l-SA-CCF kif previst fil-Kapitolu 2 għall-istess tipi ta' elementi kif stabbiliti fl-Artikolu 111. L-ammont li għalih għandu jiġi applikat l-SA-CCF irid ikun l-aktar baxx mill-valur tal-ammont impenjat iżda mhux miġbud u l-valur li jirrifletti kwalunkwe restrizzjoni possibbli tad-disponibbiltà tal-faċilità, inkluż l-eżistenza ta' limitu massimu fuq l-ammont ta' self potenzjali li huwa relatat mal-fluss ta' flus irrapportat ta' debitur. Meta faċilità tkun ristretta b'dak il-mod, l-istituzzjoni għandu jkollha proċeduri suffiċjenti ta' monitoraġġ u ta' ġestjoni tal-linji biex issostni l-eżistenza ta' dik ir-restrizzjoni.
|
|
Artikolu 166 8b.
|
Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-użu tal-IRB-CCF kif speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jużaw l-IRB-CCF għal skoperturi li jirriżultaw minn impenji rotanti mhux miġbuda ttrattati skont l-Approċċ IRB, dment li dawk l-iskoperturi ma jkunux soġġetti għal SA-CCF ta' 100 % skont l-Approċċ Standardizzat. L-SA-CCF għandu jintuża għal:
(a)
l-entrati l-oħra kollha li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, b'mod partikolari l-impenji mhux rotanti mhux miġbuda;
(b)
skoperturi meta r-rekwiżiti minimi għall-kalkolu tal-IRB-CCF kif speċifikati fit-Taqsima 6 ma jiġux issodisfati mill-istituzzjoni jew meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ippermettiet l-użu tal-IRB-CCF.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, impenn għandu jitqies bħala “rotanti” meta jippermetti lil debitur jikseb self li bih id-debitur ikollu l-flessibbiltà li jiddeċiedi kemm spiss jiġbed mis-self u kull kemm żmien, filwaqt li jippermetti lid-debitur jippreleva, jirrimborża u jerġa' jiġbed self avvanzat lilu. L-arranġamenti kuntrattwali li jippermettu prepagamenti u l-ġbid mill-ġdid sussegwenti ta' dawk il-prepagamenti għandhom jitqiesu bħala rotanti.
|
|
Artikolu 166 8c.
|
Meta jintuża l-IRB-CCF għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni ta' skoperturi li jirriżultaw minn impenji rotanti għajr skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi f'konformità mal-Artikolu 147(2), il-punt (a), b'mod partikolari skont l-Artikolu 153(1), l-Artikolu 157 u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), il-valur tal-iskopertura għal kull skopertura li jintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni m'għandux ikun inqas mis-somma ta':
(a)
l-ammont miġbud tal-impenn rotanti;
(b)
50 % tal-ammont tal-iskopertura li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ tal-parti mhux miġbuda li jifdal tal-impenn rotanti kkalkulat bl-użu tal-SA-CCF applikabbli previst fl-Artikolu 111.
Is-somma tal-punti (a) u (b) għandha tissejjaħ il-“minimu tal-input tas-CCF”.
|
|
Artikolu 166 9.
|
Fejn impenn jirreferi għall-estensjoni ta’ impenn ieħor, għandu jintuża l-iżgħar miż-żewġ fatturi ta’ konverżjoni assoċjat mal-impenn individwali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|