|
+Artikolu 178 1. |
Artikolu 178 1.Inadempjenza għandha tkun ikkunsidrata li seħħet fir-rigward ta’ debitur partikolari meta sseħħ waħda jew iż-żewg sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni tikkunsidra li d-debitur x’aktarx mhux se jħallas bis-sħiħ l-obbligazzjonijiet ta’ kreditu tiegħu lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil xi waħda mis-sussidjarji tagħha, mingħajr rikors mill-istituzzjoni għal azzjonijiet bħal realizzazzjoni tal-garanziji;
(b)
id-debitur ikun qabeż id-data tal-maturità b'aktar minn 90 jum fuq kwalunkwe obbligazzjoni ta' kreditu materjali lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha. Fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw id-definizzjoni ta’ inadempjenza imniżżla fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu fil-livell ta’ faċilita ta’ kreditu individwali, minflok fir-rigward tal-obbligazzjonijiet totali ta’ mutwatarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|