+Artikolu 197 6.

Artikolu 197 6.

Għall-finijiet tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, fejn CIU (is-“CIU oriġinali”) jew kwalunkwe waħda mis-CIUs sottostanti tagħha ma tkunx limitata għal investiment fi strumenti li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

fejn l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ta’ trasparenza msemmi fl-Artikolu 132a(1) jew l-Artikolu 152(2) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f’dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

meta l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ibbażat fuq il-mandat imsemmi fl-Artikolu 132a(2) jew 152(5) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f’dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU, li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu bis-suppożizzjoni li dik is-CIU jew kwalunkwe waħda mis-CIUs sottostanti tagħha jkunu investew fi strumenti mhux eliġibbli sal-limitu massimu permess skont il-mandati rispettivi tagħhom.

Meta kwalunkwe CIU sottostanti għandha hija stess CIUs sottostanti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet fis-CIU oriġinali bħala kollateral eliġibbli sakemm dawn japplikaw il-metodoloġija stipulata fl-ewwel subparagrafu

Fejn assi mhux eliġibbli jista’ jkollhom valur negattiv minħabba obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mis-sjieda, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a) 

jikkalkulaw il-valur totali tal-assi mhux eliġibbli;

(b) 

fejn l-ammont miksub skont il-punt (a) ikun negattiv, inaqqsu l-valur assolut ta’ dak l-ammont mill-valur totali tal-assi eliġibbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit