+Artikolu 215 Rekwiżiti addizzjonali għall-garanziji
---+Artikolu 215 1.
---+Artikolu 215 2.
|
Artikolu 215 Rekwiżiti addizzjonali għall-garanziji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 215 1.
|
Il-garanziji għandhom jikkwalifikaw bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu eliġibbli meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha tal-Artikolu 213 u l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
▼M17
(a)
meta d-debitur isir inadempjenti jew jonqos milli jħallas, l-istituzzjoni mutwanti jkollha d-dritt li tfittex bla dewmien lill-garanti għal kwalunkwe ammont ta' flejjes dovuti skont il-pretensjoni li fir-rigward tagħha tkun ipprovduta l-protezzjoni;
▼B
(b)
il-garanzija hija obbligazzjoni espliċitament dokumentata li jassumi l-garanti;
(c)
tiġi ssodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-garanzija tkopri t-tipi kollha ta’ pagamenti li d-debitur huwa mistenni jagħmel fir-rigward tal-pretensjoni;
(ii)
fejn ċerti tipi ta’ pagamenti huma esklużi mill-garanzija, l-istituzzjoni mutwanti tkun aġġustat il-valur tal-garanzija b’mod li jirrefletti l- kopertura limitata.
Il-pagament mill-garanti ma għandux ikun soġġett għall-fatt li l-istituzzjoni mutwanti l-ewwel tfittex lid-debitur. Fil-każ ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li tkopri self ipotekarju residenzjali, ir-rekwiżiti fl-Artikolu 213(1), il-punt (c)(iii), u fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, għandhom ikunu meħtieġa li jiġu ssodisfati fi żmien 24 xahar biss.
|
|
Artikolu 215 2.
|
Fil-każ ta' garanziji pprovduti fil-kuntest ta' skemi ta' garanzija reċiproka jew ipprovduti minn jew kontrogarantiti mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 214(2), ir-rekwiżiti fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 213(1), il-punt (c)(iii), għandhom jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati meta tintlaħaq kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
wara li d-debitur oriġinali jsir inadempjenti jew wara li dan jonqos milli jħallas, l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li tikseb fil-ħin pagament proviżorju mill-garanti li jissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-pagament proviżorju jirrappreżenta stima robusta tal-ammont tat-telf li l-istituzzjoni mutwanti x'aktarx iġġarrab, inkluż telf li jirriżulta min-nuqqas ta' pagament tal-imgħax u ta' tipi oħra ta' pagament li l-mutwatarju jkun obbligat li jagħmel;
(ii)
il-pagament proviżorju jkun proporzjonali għall-kopertura tal-garanzija;
(b)
l-istituzzjoni mutwanti tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-effetti tal-garanzija, li għandhom ikopru wkoll telf li jirriżulta min-nuqqas ta' pagament tal-imgħax u ta' tipi oħra ta' pagament li l-mutwatarju huwa obbligat li jagħmel, jiġġustifikaw tali trattament; dik il-ġustifikazzjoni għandha tiġi ddokumentata kif xieraq u soġġetta għal approvazzjoni interna dedikata u proċeduri tal-awditjar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|