|
+Artikolu 220 2. |
Artikolu 220 2.Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ E*, l-istituzzjonijiet għandhom:
(a)
jikkalkulaw il-pożizzjoni netta f’kull grupp ta’ titoli jew f’kull tip ta’ prodott billi jnaqqsu l-ammont fil-punt (ii) mill-ammont fil-punt (i):
(i)
il-valur totali ta’ grupp ta’ titoli jew ta’ prodotti tal-istess tip mikrija, mibjugħa jew ipprovduti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting;
(ii)
il-valur totali ta’ grupp ta’ titoli jew ta’ prodotti tal-istess tip meħuda b’self, mixtrija jew irċevuti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting;
(b)
jikkalkolaw il-pożizzjoni netta f’kull munita, għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim ewlieni ta’ netting, billi jnaqqsu l-ammont fil-punt (ii) mill-ammont fil-punt (i):
(i)
s-somma tal-valur totali ta’ titoli denominati f’dik il-munita mikrijin, mibjugħa jew provduti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting u l-ammont ta’ flus f’dik il-munita mislufa jew trasferiti skont dak il-ftehim;
(ii)
is-somma tal-valur totali ta’ titoli denominati f’dik il-munita meħuda b’self, mixtrija jew irċevuti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting u l- ammont ta’ flus f’dik il-munita meħuda f’self jew irċevuti skont dak il- ftehim;
(c)
"japplika l-valur tal-aġġustament għall-volatilità, jew, fejn rilevanti, li-valur assolut tal-aġġustament għall-volatilità xieraq għal grupp partikolari ta' titoli jew għal tip partikolari ta' komoditajiet, għall-valur assolut tal-pożizzjoni netta pożittiva jew negattiva fit-titoli f'dak il-grupp ta' titoli, jew għall-komoditajiet minn dak it-tip ta' komoditajiet;
(d)
japplikaw l-aġġustament għall-volatilità tar-riskju tal-kambju (fx) għall-pożizzjoni pożittiva jew negattiva netta f’kull munita għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim ewlieni ta’ netting. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|