Artikolu 223 1.
Sabiex titqies il-volatilità tal-prezz, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustamenti għall-volatilità għall-valur tas-suq tal-kollateral, kif stabbilit fl-Artikoli 224 sa 227, fil-valutazzjoni tal-kollateral finanzjarju għall-finijiet tal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju. Fejn kollateral huwa denominat f’munita li hija differenti mill-munita li fiha hija denominata l-iskopertura sottostanti, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu aġġustament li jirrefletti l-volatilità tal-munita għall-aġġustament għall-volatilità li hu xieraq għall-kollateral kif stabbilit fl-Artikoli 224 sa 227. Fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ derivati OTC koperti minn ftehimiet ta’ netting rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-Kapitolu 6, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustament għall-volatilità li jirrifletti l-volatilità tal-munita meta jkun hemm diskrepanza bejn il-munita tal-kollateral u l-munita tas-saldu. Anki fejn diversi muniti jkunu involuti fit-transazzjonijiet koperti mill-ftehim ta’ netting, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustament wieħed għall-volatilità.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|