+Artikolu 223 Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
---+Artikolu 223 1.
---+Artikolu 223 2.
---+Artikolu 223 3.
---+Artikolu 223 4.
---+Artikolu 223 5.
---+Artikolu 223 6.
---+Artikolu 223 7.

Artikolu 223 Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 223 1.
Sabiex titqies il-volatilità tal-prezz, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustamenti għall-volatilità għall-valur tas-suq tal-kollateral, kif stabbilit fl-Artikoli 224 sa 227, fil-valutazzjoni tal-kollateral finanzjarju għall-finijiet tal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju.

Fejn kollateral huwa denominat f’munita li hija differenti mill-munita li fiha hija denominata l-iskopertura sottostanti, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu aġġustament li jirrefletti l-volatilità tal-munita għall-aġġustament għall-volatilità li hu xieraq għall-kollateral kif stabbilit fl-Artikoli 224 sa 227.

Fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ derivati OTC koperti minn ftehimiet ta’ netting rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-Kapitolu 6, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustament għall-volatilità li jirrifletti l-volatilità tal-munita meta jkun hemm diskrepanza bejn il-munita tal-kollateral u l-munita tas-saldu. Anki fejn diversi muniti jkunu involuti fit-transazzjonijiet koperti mill-ftehim ta’ netting, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustament wieħed għall-volatilità.

Artikolu 223 2.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-kollateral aġġustat għall-volatilità (CVA) li jridu jqisu kif ġej:

image

fejn:

C

=

il-valur tal-kollateral;

HC

=

l-aġġustament għall-volatilità xieraq għall-kollateral, kif ikkalkulat skont l-Artikoli 224 u 227;

Hfx

=

l-aġġustament għall-volatilità xieraq għad-diskrepanza fil-muniti, kif ikkalkulat skont l-Artikoli 224 u 227.

L-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula f’dan il-paragrafu meta jikkalkulaw il-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral għat-transazzjonijiet kollha għajr għal dawk it-transazzjonijiet li huma soġġetti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting rikonoxxuti li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 220 u 221.

Artikolu 223 3.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur aġġustat għall-volatilità tal-iskopertura (EVA) li jridu jqisu kif ġej:

image

fejn:

E

=

il-valur tal-iskopertura kif ikun determinat skont il-Kapitolu 2 jew il-Kapitolu 3, kif applikabbli, fejn l-iskopertura ma kinitx kollateralizzata;

HE

=

l-aġġustament għall-volatilità xieraq għall-iskopertura, kif ikkalkulat skont l-Artikoli 224 u 227.

Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-EVA permezz tal-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 kif ġej:

EVA = E.
Artikolu 223 4.

Għall-finijiet tal-kalkolu ta' E fil-paragrafu 3, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, il-valur tal-iskopertura ta' element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun ta' 100 % tal-valur ta' dak l-element u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 111(2);

(b) 

għal elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr derivattivi ttrattati skont l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valuri tal-iskopertura tagħhom billi jużaw CCF ta' 100 % minflok l-SA-CCF jew l-IRB-CCF previsti fil-Artikolu 166(8), (8a) u (8b).

Artikolu 223 5.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur aġġustat għal kollox tal-iskopertura (E*), billi jqisu l-effetti kemm tal-volatilità kif ukoll tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kollateral kif ġej:

image

fejn:

EVA

=

il-valur aġġustat għall-volatilità tal-iskopertura kif ikkalkulat fil-paragrafu 3;

CVAM

=

CVA aġġustat ulterjorment għal kull diskrepanza fil-maturità skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5;

Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC, l-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 għandhom iqisu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kollateral skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6, kif applikabbli.

Artikolu 223 6.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-aġġustamenti għall-volatilità billi jużaw l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità msemmi fl-Artikoli 224 sa 227.
Artikolu 223 7.

Meta l-kollateral ikun jikkonsisti f’għadd ta’ elementi eleġibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-aġġustament għall-volatilità (H) kif ġej:

image

fejn:

ai

=

il-proporzjon tal-valur ta’ element eleġibbli i fil-valur totali tal-kollateral;

Hi

=

l-aġġustament għall-volatilità applikabbli għall-element eliġibbli i.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit