+Artikolu 242 Definizzjonijiet

Artikolu 242 Definizzjonijiet

Artikolu 242

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“għażla eżerċitabbli eżawrjenti” tfisser għażla kuntrattwali li tintitola lill-oriġinatur sabiex jeżerċita l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni qabel ma jkunu tħallsu lura l-iskoperturi titolizzati kollha, permezz ta’ riakkwist tal-iskoperturi sottostanti li jifdal fl-aggregazzjoni fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet tradizzjonali jew inkella permezz ta’ terminazzjoni tal-protezzjoni ta’ kreditu fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi, fiż-żewġ każijiet meta l-ammont ta’ skoperturi sottostanti pendenti jaqa’ f’ċertu livell jew taħt ċertu livell speċifikat minn qabel;

(2) 

“strip tal-imgħax biss għat-titjib tal-kreditu” tfisser assi fil-karta tal-bilanċ li jirrappreżenta valutazzjoni tal-flussi tal-flus relatati mal-introjtu ta’ marġni futur u huwa segment subordinat fit-titolizzazzjoni;

(3) 

“faċilità ta’ likwidità” tfisser faċilità ta’ likwidità kif definita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(4) 

“pożizzjoni mhux klassifikata” tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma għandhiex valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli f’konformità mat-Taqsima 4;

(5) 

“pożizzjoni klassifikata” tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li għandha valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli f’konformità mat-Taqsima 4;

(6) 

“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri” tfisser pożizzjoni appoġġata jew garantita mill-ewwel pretensjoni fuq l-iskoperturi sottostanti kollha, li tinjora, għal dawn il-finijiet, l-ammonti dovuti taħt ir-rata tal-imgħax jew kuntratti derivattivi tal-muniti, miżati jew pagamenti simili oħrajn, u irrispettivament minn kwalunkwe differenza fil-maturità ma’ segment superjuri wieħed jew aktar li magħhom dik il-pożizzjoni tikkondividi telf pro-rata;

(7) 

“aggregazzjoni ta’ IRB” tfisser aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ta’ tip li fir-rigward tagħha l-istituzzjoni għandha permess li tuża l-Approċċ IRB u tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji skont il-Kapitolu 3 għal dawn l-iskoperturi kollha;

(8) 

“aggregazzjoni mħallta” tfisser aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ta’ tip li fir-rigward tagħha l-istituzzjoni għandha permess li tuża l-Approċċ IRB u tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji skont il-Kapitolu 3 għal uħud mill-iskoperturi, iżda mhux għal kollha kemm huma;

(9) 

“sovrakollateralizzazzjoni” tfisser kull forma ta’ titjib tal-kreditu li permezz tagħha jiġu ppreżentati skoperturi sottostanti f’valur ogħla mill-valur tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

(10) 

“titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata” jew “titolizzazzjoni STS” tfisser titolizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(11) 

“programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi” jew “programm ABCP” tfisser programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew programm ABCP kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(12) 

“tranżazzjoni ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi” jew “tranżazzjoni ABCP” tfisser tranżazzjoni ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew tranżazzjoni ABCP kif definita fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(13) 

“titolizzazzjoni tradizzjonali” tfisser titolizzazzjoni tradizzjonali kif definita fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(14) 

“titolizzazzjoni sintetika” tfisser titolizzazzjoni sintetika kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(15) 

“skopertura ċirkolanti” tfisser skopertura ċirkolanti kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(16) 

“klawżola ta’ ammortizzament antiċipat” tfisser klawżola ta’ ammortizzament antiċipat kif definita fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(17) 

“segment tal-ewwel telf” tfisser segment tal-ewwel telf kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(18) 

“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni intermedja” tfisser pożizzjoni fit-titolizzazzjoni li tkun subordinata għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri u għandha pożizzjoni ogħla mis-segment tal-ewwel telf, u li tkun soġġetta għal ponderazzjoni tar-riskju aktar baxxa minn 1 250  % u ogħla minn 25 % skont is-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3;

(19) 

“entità promozzjonali” tfisser kwalunkwe impriża jew entità stabbilita mill-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru, li tagħti self promozzjonali jew tagħti garanziji promozzjonali, li l-għan ewlieni tagħha mhuwiex li jsir qligħ jew li jiżdied kemm jista’ jkun is-sehem mis-suq iżda li jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika ta’ dak il-gvern, bil-kondizzjoni li, soġġett għal regoli dwar għajnuna mill-Istat, dak il-gvern ikollu l-obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-impriża jew l-entità u jżomm il-vijabbiltà tagħha matul ħajjitha, jew li tal-anqas 90 % tal-kapital jew il-finanzjament oriġinali tagħha jew is-self promozzjonali mogħti minnha jkun direttament jew indirettament garantit mill-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali tal-Istat Membru;

▼M13

(20) 

“marġni pożittiv sintetiku” tfisser marġni pożittiv sintetiku kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

▼M5

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit