+Taqsima 1 Definizzjonijiet u kriterji għat-titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati
---+Artikolu 242 Definizzjonijiet
---+Artikolu 243 Kriterji għat-titolizzazzjonijiet STS li jikkwalifikaw għal trattament kapitali differenzjat
------+Artikolu 243 1.
------+Artikolu 243 2.
|
Taqsima 1 Definizzjonijiet u kriterji għat-titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati
Taqsima 1 Definizzjonijiet u kriterji għat-titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 242 Definizzjonijiet
|
Artikolu 242
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“għażla eżerċitabbli eżawrjenti” tfisser għażla kuntrattwali li tintitola lill-oriġinatur sabiex jeżerċita l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni qabel ma jkunu tħallsu lura l-iskoperturi titolizzati kollha, permezz ta’ riakkwist tal-iskoperturi sottostanti li jifdal fl-aggregazzjoni fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet tradizzjonali jew inkella permezz ta’ terminazzjoni tal-protezzjoni ta’ kreditu fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi, fiż-żewġ każijiet meta l-ammont ta’ skoperturi sottostanti pendenti jaqa’ f’ċertu livell jew taħt ċertu livell speċifikat minn qabel;
(2)
“strip tal-imgħax biss għat-titjib tal-kreditu” tfisser assi fil-karta tal-bilanċ li jirrappreżenta valutazzjoni tal-flussi tal-flus relatati mal-introjtu ta’ marġni futur u huwa segment subordinat fit-titolizzazzjoni;
(3)
“faċilità ta’ likwidità” tfisser faċilità ta’ likwidità kif definita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(4)
“pożizzjoni mhux klassifikata” tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma għandhiex valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli f’konformità mat-Taqsima 4;
(5)
“pożizzjoni klassifikata” tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li għandha valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli f’konformità mat-Taqsima 4;
(6)
“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri” tfisser pożizzjoni appoġġata jew garantita mill-ewwel pretensjoni fuq l-iskoperturi sottostanti kollha, li tinjora, għal dawn il-finijiet, l-ammonti dovuti taħt ir-rata tal-imgħax jew kuntratti derivattivi tal-muniti, miżati jew pagamenti simili oħrajn, u irrispettivament minn kwalunkwe differenza fil-maturità ma’ segment superjuri wieħed jew aktar li magħhom dik il-pożizzjoni tikkondividi telf pro-rata;
(7)
“aggregazzjoni ta’ IRB” tfisser aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ta’ tip li fir-rigward tagħha l-istituzzjoni għandha permess li tuża l-Approċċ IRB u tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji skont il-Kapitolu 3 għal dawn l-iskoperturi kollha;
(8)
“aggregazzjoni mħallta” tfisser aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ta’ tip li fir-rigward tagħha l-istituzzjoni għandha permess li tuża l-Approċċ IRB u tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji skont il-Kapitolu 3 għal uħud mill-iskoperturi, iżda mhux għal kollha kemm huma;
(9)
“sovrakollateralizzazzjoni” tfisser kull forma ta’ titjib tal-kreditu li permezz tagħha jiġu ppreżentati skoperturi sottostanti f’valur ogħla mill-valur tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;
(10)
“titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata” jew “titolizzazzjoni STS” tfisser titolizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(11)
“programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi” jew “programm ABCP” tfisser programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew programm ABCP kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(12)
“tranżazzjoni ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi” jew “tranżazzjoni ABCP” tfisser tranżazzjoni ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew tranżazzjoni ABCP kif definita fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(13)
“titolizzazzjoni tradizzjonali” tfisser titolizzazzjoni tradizzjonali kif definita fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(14)
“titolizzazzjoni sintetika” tfisser titolizzazzjoni sintetika kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(15)
“skopertura ċirkolanti” tfisser skopertura ċirkolanti kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(16)
“klawżola ta’ ammortizzament antiċipat” tfisser klawżola ta’ ammortizzament antiċipat kif definita fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(17)
“segment tal-ewwel telf” tfisser segment tal-ewwel telf kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(18)
“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni intermedja” tfisser pożizzjoni fit-titolizzazzjoni li tkun subordinata għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri u għandha pożizzjoni ogħla mis-segment tal-ewwel telf, u li tkun soġġetta għal ponderazzjoni tar-riskju aktar baxxa minn 1 250 % u ogħla minn 25 % skont is-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3;
(19)
“entità promozzjonali” tfisser kwalunkwe impriża jew entità stabbilita mill-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru, li tagħti self promozzjonali jew tagħti garanziji promozzjonali, li l-għan ewlieni tagħha mhuwiex li jsir qligħ jew li jiżdied kemm jista’ jkun is-sehem mis-suq iżda li jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika ta’ dak il-gvern, bil-kondizzjoni li, soġġett għal regoli dwar għajnuna mill-Istat, dak il-gvern ikollu l-obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-impriża jew l-entità u jżomm il-vijabbiltà tagħha matul ħajjitha, jew li tal-anqas 90 % tal-kapital jew il-finanzjament oriġinali tagħha jew is-self promozzjonali mogħti minnha jkun direttament jew indirettament garantit mill-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali tal-Istat Membru;
▼M13
(20)
“marġni pożittiv sintetiku” tfisser marġni pożittiv sintetiku kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.
▼M5
|
|
Artikolu 243 Kriterji għat-titolizzazzjonijiet STS li jikkwalifikaw għal trattament kapitali differenzjat
|
-
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|