+Artikolu 247 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju
---+Artikolu 247 1.
---+Artikolu 247 2.
---+Artikolu 247 3.
---+Artikolu 247 4.
---+Artikolu 247 5.
---+Artikolu 247 6.
|
Artikolu 247 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 247 1.
|
Meta istituzzjoni oriġinatriċi tkun ittrasferiet riskju tal-kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni skont it-Taqsima 2, dik l-istituzzjoni tista:
(a)
fil-każ ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali, teskludi l-iskoperturi sottostanti mill-kalkolu tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija;
(b)
fil-każ ta’ titolizzazzjoni sintetika, tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija, fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti skont l-Artikoli 251 u 252.
|
|
Artikolu 247 2.
|
Meta l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun iddeċidiet li tapplika l-paragrafu 1, hija għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju kif stabbilit f’dan il-Kapitolu għall-pożizzjonijiet li jista’ jkollha fit-titolizzazzjoni. Fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi ma tkunx ittrasferiet riskju tal-kreditu sinifikanti jew tkun iddeċidiet li ma tapplikax il-paragrafu 1, din ma tkunx meħtieġa tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal xi pożizzjoni li jista’ jkollha fit-titolizzazzjoni iżda għandha tkompli tinkludi l-iskoperturi sottostanti fil-kalkoli tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, ammonti ta’ telf mistennija daqs li kieku ma kinux ġew titolizzati.
|
|
Artikolu 247 3.
|
Meta jkun hemm skopertura għal pożizzjonijiet f’segmenti differenti f’titolizzazzjoni, l-iskopertura għal kull segment għandha tiġi kkunsidrata bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni separata. Il-fornituri tal-protezzjoni ta’ kreditu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jitqiesu bħala li għandhom pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni. Il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jinkludu skoperturi għal titolizzazzjoni li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi tal-munita jew tar-rata tal-imgħax li l-istituzzjoni tkun daħlet fihom permezz tat-tranżazzjoni.
|
|
Artikolu 247 4.
|
Sakemm pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni ma tkunx imnaqqsa mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1), l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għandu jiġi inkluż fl-ammonti totali ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-istituzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 92(3).
|
|
Artikolu 247 5.
|
L-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni, ikkalkolat kif stabbilit fl-Artikolu 248, jiġi mmultiplikat bil-piż tar-riskju totali rilevanti.
|
|
Artikolu 247 6.
|
Il-piż tar-riskju totali għandu jiġi ddeterminat bħala s-somma tal-piż tar-riskju stabbilit f’dan il- Kapitolu u kwalunkwe piż tar-riskju addizzjonali skont l-Artikolu 270a.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|