+Artikolu 251 Kalkolu tal-istituzzjonijiet oriġinaturi tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju titolizzati f’titolizzazzjoni sintetika
---+Artikolu 251 1.
---+Artikolu 251 2.

Artikolu 251 Kalkolu tal-istituzzjonijiet oriġinaturi tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju titolizzati f’titolizzazzjoni sintetika

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 251 1.
Għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-iskoperturi sottostanti, l-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika għandha tuża l-metodoloġiji ta’ kalkolu stabbiliti f’din it-Taqsima, fejn ikunu applikabbli minflok dawk stabbiliti fil-Kapitolu 2. Għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti skont il-Kapitolu 3, l-ammont ta’ telf mistenni fir-rigward ta’ tali skoperturi għandu jkun żero.
Artikolu 251 2.
Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu japplikaw għall-aggregazzjoni sħiħa ta’ skoperturi li jappoġġjaw it-titolizzazzjoni. Soġġetta għall-Artikolu 252, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward tas-segmenti kollha fit-titolizzazzjoni skont din it-Taqsima, inklużi l-pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni tista’ tirrikonoxxi l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikolu 249. Il-ponderazzjoni tar-riskju li jiġi applikat għall-pożizzjonijiet li jibbenifikaw minn mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jista’ jiġi emendat skont il-Kapitolu 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit