+Artikolu 255 Determinazzjoni tal-KIRBu KSA
---+Artikolu 255 1.
---+Artikolu 255 2.
---+Artikolu 255 3.
---+Artikolu 255 4.
---+Artikolu 255 5.
---+Artikolu 255 6.
---+Artikolu 255 7.
---+Artikolu 255 8.
---+Artikolu 255 9.
|
Artikolu 255 Determinazzjoni tal-KIRBu KSA
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 255 1.
|
Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA skont is-Subtaqsima 3, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-KIRB skont il-paragrafi minn 2 sa 5.
|
|
Artikolu 255 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-KIRB billi jimmultiplikaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku ma kinux ġew titolizzati bi 8 % diviżi bil-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi sottostanti. Il-KIRB għandha tiġi espressa f’forma deċimali bejn żero u wieħed.
|
|
Artikolu 255 3.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-KIRB, l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti, għandhom jinkludu:
(a)
l-ammont ta’ telf mistenni assoċjat mal-iskoperturi sottostanti kollha tat-titolizzazzjoni, inklużi l-iskoperturi sottostanti inadempjenti li għadhom parti mill-aggregazzjoni skont il-Kapitolu 3; u
(b)
l-ammont ta’ telf mhux mistenni assoċjat mal-iskoperturi sottostanti kollha, inklużi l-iskoperturi sottostanti inadempjenti fl-aggregazzjoni skont il-Kapitolu 3.
|
|
Artikolu 255 4.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkolaw il-KIRB fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 3 għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riċevibbli mixtrija. Għal dawn il-finijiet, l-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu ttrattati bħala riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur u l-iskoperturi mhux fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu ttrattati bħala riċevibbli korporattivi mixtrija.
|
|
Artikolu 255 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-KIRB separatament għar-riskju ta’ dilwizzjoni fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti ta’ titolizzazzjoni fejn ir-riskju ta’ dilwizzjoni jkun materjali għal tali skoperturi. Meta t-telf mir-riskji ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu jiġi ttrattat b’mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta’ dilwizzjoni u għar-riskju tal-kreditu f’KIRB waħda għall-finijiet tas-Subtaqsima 3. Il-preżenza ta’ fond ta’ riżerva waħdieni jew ta’ sovrakollateralizzazzjoni disponibbli sabiex jiġi kopert it-telf minn riskju tal-kreditu jew ta’ dilwizzjoni tista’ titqies bħala indikazzjoni li dawn ir-riskji huma ttrattati b’mod aggregat. Meta r-riskju ta’ dilwizzjoni u r-riskju tal-kreditu ma jiġux ittrattati b’mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jimmodifikaw it-trattament stabbilit fit-tieni subparagrafu preċedenti sabiex jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu b’mod prudenti.
|
|
Artikolu 255 6.
|
Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-SA skont is-Subtaqsima 3, din għandha tikkalkula l-KSA billi timmultiplika l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 2 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku ma kinux ġew titolizzati, bi 8 % diviżi bil-valur tal-iskoperturi sottostanti. Il-KSA għandha tiġi espressa f’forma deċimali bejn żero u wieħed. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi sottostanti mingħajr nettjar ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu u ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku tal-valur addizzjonali skont l-Artikoli 34 u 110 u kull tnaqqis ieħor tal-fondi proprji.
|
|
Artikolu 255 7.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6, meta struttura ta’ titolizzazzjoni tinvolvi l-użu ta’ SSPE, l-iskoperturi kollha tal-SSPE relatati mat-titolizzazzjoni jiġu ttrattati bħala skoperturi sottostanti. Mingħajr preġudizzju għal dak li ntqal qabel, l-istituzzjoni tista’ teskludi l-iskoperturi tal-SSPE mill-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-KIRB jew tal-KSA jekk ir-riskju mill-iskoperturi tal-SSPE jkun immaterjali jew jekk ma jaffettwax il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tal-istituzzjoni. Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi ffinanzjati, kull rikavat materjali mill-ħruġ ta’ noti marbuta ma’ kreditu jew obbligi ffinanzjati oħrajn tal-SSPE li jservu bħala kollateral għall-ħlas lura tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-KIRB jew tal-KSA jekk ir-riskju tal-kreditu tal-kollateral ikun soġġett għall-allokazzjoni tat-telf segmentata.
|
|
Artikolu 255 8.
|
Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-metodi xierqa għall-kombinazzjoni tal-KIRB għar-riskji ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu, meta dawn ir-riskji ma jiġux ittrattati b’mod aggregat f’titolizzazzjoni.
|
|
Artikolu 255 9.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment il-kondizzjonijiet li jippermettu lill-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-KIRB għall- aggregazzjonijiet ta’ skoperturi sottostanti f’konformità mal-paragrafu 4, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
(a)
politika u mudelli kreditizji interni għall-kalkolu tal-KIRB għal titolizzazzjonijiet;
(b)
l-użu ta’ fatturi ta’ riskju differenti fir-rigward tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti u, fejn ma tkunx disponibbli biżżejjed data preċiża jew affidabbli dwar dik l-aggregazzjoni, ta’ data proxy biex jiġu stmati l-PD u l-LGD; u
(c)
rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta biex jiġu ssorveljati l-azzjonijiet u l-politiki ta’ bejjiegħa tar-riċevibbli jew oriġinaturi oħra.
L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|