+Taqsima 1 Definizzjonijiet
---+Artikolu 271 Determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura
------+Artikolu 271 1.
------+Artikolu 271 2.
---+Artikolu 272 Definizzjonijiet
|
Taqsima 1 Definizzjonijiet
Taqsima 1 Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 271 Determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura
|
-
|
|
Artikolu 272 Definizzjonijiet
|
Artikolu 272
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu u tat-Titolu VI ta’ din il-Parti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Termini ġenerali
(1)
“riskju tal-kreditu tal-kontroparti” jew “CCR” tfisser ir-riskju li l-kontraparti fi transazzjoni tista’ ssir inadempjenti qabel is-saldu finali tal-flussi tal-flus tat-transazzjoni;
Tipi ta’ transazzjoni
(2)
“transazzjonijiet b’saldu fit-tul” tfisser transazzjonijiet fejn kontraparti timpenja ruħha li tikkonsenja titolu, prodott jew ammont ta’ kambju għal flus, strumenti finanzjarji oħra, jew prodotti, jew viċe versa, f’data ta’ saldu jew konsenja speċifikata fil-kuntratt li hija aktar tard mill-istandard tas-suq għal din it-tip partikolari ta’ transazzjoni jew ħamest ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha l-istituzzjoni tidħol fit-transazzjoni, liema minnhom tkun l-ewwel;
(3)
“transazzjonijiet ta’ self b'marġni” tfisser transazzjonijiet li fihom istituzzjoni testendi kreditu b’konnessjoni mal-akkwist, il-bejgħ, iż-żamma jew in-negozjar tat-titoli. It-transazzjonijiet ta’ self b'marġni ma jinkludux self ieħor li huwa ggarantit minn kollateral f’forma ta’ titoli;
Sett ta’ netting, settijiet ta’ hedging, u termini relatati
(4)
“sett ta’ netting” tfisser grupp ta’ transazzjonijiet bejn istituzzjoni u kontroparti waħda li hija soġġetta għal arranġament ta’ netting bilaterali legalment infurzabbli li huwa rikonoxxut skont it-Taqsima 7 u l-Kapitolu 4.
Kull transazzjoni li mhijiex soġġetta għal arranġament bilaterali ta’ netting legalement infurzabbli li huwa rikonoxxut fit-Taqsima 7 għandha tiġi ttrattata bħala sett ta’ netting fiha nnifisha għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.
Skont il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6, kull sett ta' netting ma' kontroparti waħda jista' jiġi ttrattat bħala sett wieħed ta’ netting jekk il-valuri simulati negattivi tas-suq tas-settijiet ta’ netting individwali huma stabbiliti bħala 0 fl-istima tal-iskopertura mistennija (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “EE”);
(5)
“pożizzjoni ta’ riskju” tfisser numru ta’ riskju li huwa assenjat lil transazzjoni skont il-Metodu Standardizzat stabbilit fit-Taqsima 5 skont algoritmika predeterminata;
▼M8
(6)
“sett ta' hedging” tfisser grupp ta' tranżazzjonijiet fi ħdan sett tan-netting uniku għal liema hija permessa tpaċija sħiħa jew parzjali biex tiġi determinata l-iskopertura futura potenzjali skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 jew 4 ta' dan il-Kapitolu;
▼B
(7)
“ftehim dwar il-marġni” tfisser ftehim jew klawżoli ta’ ftehim li taħtu kontroparti għandha tforni kollateral lit-tieni kontroparti meta skopertura ta’ dik it-tieni kontroparti għall-ewwel kontroparti taqbeż livell speċifikat;
▼M8
(7a)
“ftehim ta' marġni b'direzzjoni waħda” tfisser ftehim ta' marġni taħt liema istituzzjoni hija rikjesta tippreżenta marġnijiet ta' varjazzjoni lil kontroparti iżda mhijiex intitolata tirċievi marġni ta' varjazzjoni minn dik il-kontroparti jew viċi-versa;
▼B
(8)
“livell limitu ta' marġni” tfisser l-akbar ammont ta’ skopertura li jibqa' pendenti qabel ma parti waħda jkollha d-dritt issejjaħ għal kollateral;
(9)
“perijodu b'riskju ta' marġni” tfisser il-perijodu mill-iskambju l-aktar reċenti ta' kollateral li jkopri sett ta’ netting ta’ transazzjonijiet ma' kontroparti inadempjenti sakemm it-transazzjonijiet jingħalqu u r-riskju tas-suq li jirriżulta jerġa’ jiġi ħħeġġjat;
▼C2
(10)
“maturtà effettiva” skont il-Metodu tal-Mudell Intern għal sett ta' netting b'maturità akbar minn sena tfisser il-proporzjon tas-somma tal-iskopertura mistennija tul il-ħajja tat-transazzjonijiet fis-sett ta' netting skontati għar-rata ta' mingħajr riskju tar-rendiment, diviża bis-somma tal-iskopertura mistennija fuq sena f'sett ta' netting skontat għar-rata ta' mingħajr riskju.
▼B
Il-maturità effettiva tista’ tiġi aġġustata sabiex tirrefletti r-riskju ta' tiġdid (rollover) billi tiġi sostitwita l-iskopertura mistennija bi skopertura mistennija effettiva għall-previżjonijiet fuq perijodi iqsar minn sena;
(11)
“netting bejn prodotti differenti (cross-product netting)” tfisser l-inklużjoni ta’ transazzjonijiet ta’ kategoriji differenti ta’ prodotti fl-istess sett ta’ netting skont ir-regoli tan-Netting Bejn Prodotti stabbiliti f’dan il-Kapitolu;
▼M8
(12)
“valur tas-suq kurrenti” (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “CMV”) tfisser il-valur tas-suq nett tat-tranżazzjonijiet kollha fi ħdan sett tan-netting gross minn kwalunkwe kollateral miżmum jew sottomess meta l-valuri tas-suq pożittivi u negattivi jiġu kkalkulati b'mod nett biex jinħadem is-CMV;
▼M8
(12a)
“ammont ta' kollateral indipendenti nett” jew “NICA” tfisser is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral nett irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għas-sett tan-netting minbarra l-marġni ta' varjazzjoni;
▼B
Distribuzzjonijiet
(13)
“distribuzzjoni tal-valuri tas-suq” tfisser il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-valuri netti tas-suq tat-transazzjonijiet f'sett ta’ netting għal data fil-futur (il-perijodu tal-previżjoni), fuq il-bażi tal-valur tas-suq realizzat ta’ dawn it-transazzjonijiet fid-data tal-previżjoni;
(14)
“distribuzzjoni tal-iskoperturi” tfisser il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-valuri tas-suq li tiġi ġenerata billi jiġu stabbiliti previżjonijiet ta' valuri netti tas-suq negattivi għal żero;
(15)
“distribuzzjoni newtrali għar-riskji” tfisser distribuzzjoni tal-valuri tas-suq jew skoperturi f’perijodu futur fejn id-distribuzzjoni hija kkalkulata bl-użu ta’ valuri impliċiti tas-suq bħal volatilitajiet impliċiti;
(16)
“distribuzzjoni effettiva” tfisser distribuzzjoni tal-valuri tas-suq jew skoperturi f’perijodu futur fejn id-distribuzzjoni hija kkalkulata permezz ta’ valuri storiċi jew realizzati bħal volatilitajiet ikkalkulati bl-użu tal-varjazzjonijiet fil-passat fil-prezzijiet jew fir-rati;
Miżuri ta' skopertura u aġġustamenti
(17)
“skopertura attwali” tfisser l-akbar minn żero u l-valur tas-suq ta’ transazzjoni jew portafoll ta’ transazzjonijiet f'sett ta’ netting ma’ kontroparti li kieku tintilef mal-inadempjenza tal-kontroparti, fl-ipoteżi li ma jkun hemm l-ebda rkpuru tal-valur ta’ dawk it-transazzjonijiet fl-insolvenza jew fil-likwidazzjoni;
(18)
“l-ogħla skopertura” tfisser perċentil għoli tad-distribuzzjoni tal-iskoperturi f’data partikolari futura qabel id-data tal-maturità tat-transazzjoni bl-itwal maturità fis-sett ta’ netting;
(19)
“skopertura mistennija” (minn hawnn ’il quddiem imsejħa “EE”) tfisser il-medja tad-distribuzzjoni tal-iskoperturi f’data partikolari futura qabel il-maturazzjoni tat-transazzjoni bl-itwal maturità fis-sett ta’ netting;
(20)
“skopertura effettiva mistennija f’data speċifika” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “EE Effettiva”) tfisser l-iskopertura massima mistennija li sseħħ f'dik id-data jew fi kwalunkwe data preċedenti. Alternattivament, tista' tkun definita għal data speċifika bħala l-akbar fost l-iskopertura mistennija f’dik id-data jew l-iskopertura effettiva mistennija fi kwalunkwe data preċedenti;
(21)
“skopertura pożittiva mistennija” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “EPE”) tfisser il-medja ppeżata tul iż-żmien ta' skoperturi mistennija, fejn il-piżijiet ikunu l-proporzjon tal-perijodu kollu li skopertura mistennija individwali tirrappreżenta.
Meta jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-medja fuq l-ewwel sena jew, jekk il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting jimmaturaw f’inqas minn sena, matul il-perijodu sa meta l-kuntratt bl-itwal maturità fis-sett ta’ netting ikun immatura;
(22)
“skopertura pożittiva effettiva mistennija” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “EPE effettiva”) tfisser il-medja ppeżata tal-iskopertura effettiva mistennija matul l-ewwel sena ta’ sett ta’ netting jew, jekk il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting jimmaturaw f’inqas minn sena, matul il-perijodu tal-kuntratt bl-itwal maturità fis-sett ta’ netting, fejn il-piżijiet huma l-proporzjon tal-perijodu sħiħ li skopertura mistennija individwali tirrappreżenta;
Riskji relatati mas-CCR
(23)
“riskju ta' tiġdid” tfisser l-ammont li bih l-EPE tiġi sottostimata meta transazzjonijiet futuri ma’ kontroparti jkunu mistennija li jitwettqu fuq bażi kontinwa.
L-iskopertura addizzjonali ġġenerata minn dawn it-transazzjonijiet futuri mhijiex inkluża fil-kalkolu tal-EPE;
(24)
kontroparti’ għall-finijiet tat-Taqsima 7 tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li tidħol fi ftehim ta’ netting, u li għandha l-kapaċità kuntrattwali sabiex tagħmel dan;
(25)
“ftehim kuntrattwali ta’ netting bejn prodotti” tfisser ftehim kuntrattwali bilaterali bejn istituzzjoni u kontroparti li joħloq obbligu legali wieħed (ibbażat fuq netting ta’ transazzjonijiet koperti) li jkopri kull ftehim ewlieni bilaterali u transazzjonijiet li jappartjenu għal kategoriji differenti ta’ prodotti li huma inklużi fil-ftehim;
Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, “kategoriji differenti ta’ prodotti” tfisser:
(a)
transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew prodotti;
(b)
transazzjonijiet ta’ self b'marġni;
(c)
il-kuntratti elenkati fl-Anness II;
(26)
“komponent ta’ pagament” tfisser il-pagament miftiehem fi transazzjoni derivata ta’ OTC bi profil tar-riskju linearli li jistipula l-iskambju ta’ strument finanzjarju għal pagament.
Fil-każ ta’ transazzjonijiet li jistipulaw l-iskambju ta’ pagament kontra pagament, dawk iż-żewġ komponenti ta’ pagament għandhom jikkonsistu f’pagamenti gross miftiehema kountrattwalment, inkluż l-ammont nozzjonali tat-transazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|