|
+Artikolu 288 Analiżi tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR |
Artikolu 288 Analiżi tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCRArtikolu 288 Analiżi tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR Istituzzjoni għandha twettaq analiżi indipendenti tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR tagħha b’mod regolari permezz tal-proċess intern ta’ verfika tagħha. Dik l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta’ kontroll u tal-ġestjoni tal-kollateral meħtieġa mill-Artikolu 287 u bħala minimu għandha tindirizza b’mod speċifiku:
(a)
l-adegwadezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR u l-proċess meħtieġ mill-Artikolu 286;
(b)
l-organizzazzjoni tal-unità ta’ kontroll tas-CCR meħtieġa mill-Artikolu 287(1)(a);
(c)
l-organizzazzjoni tal-unità tal-ġestjoni tal-kollateral meħtieġa mill-Artikolu 287(1)(b);
(d)
l-integrazzjoni tal-miżuri tas-CCR fil-ġestjoni ta' kuljum tar-riskji;
(e)
il-proċess ta’ approvazzjoni għall-mudelli ta’ pprezzar tar-riskju u s-sistemi ta’ valutazzjoni użati mill-persunal fil-front office u fil-back office;
(f)
il-validazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċess tal-kalkolu tas-CCR;
(g)
l-ambitu tas-CCR kopert mill-mudell tal-kalkolu tar-riskji;
(h)
l-integrità tas-sistema ta’ informazzjoni ta' ġestjoni;
(i)
il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data tas-CCR;
(j)
l-użu korrett tat-termini legali fil-ftehimiet tal-kollateral u tan-netting fil-kalkoli tal-valur tal-iskopertura;
(k)
il-verifika tal-konsistenza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati sabiex jiġu operati l-mudelli, inkluż l-indipendenza ta’ tali sorsi tad-data;
(l)
il-preċiżjoni u l-idonjetà tas-suppożizzjonijiet tal-volatilità u tal-korrelazzjoni;
(m)
il-preċiżjoni tal-valutazzjoni u tal-kalkoli tat-transformazzjoni tar-riskji;
(n)
il-verifika tal-preċiżjoni tal-mudell permezz ta’ ttestjar retrospettiv frekwenti kif stabbilit fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 293(1);
(o)
il-konformità tal-unità ta’ kontroll tas-CCR u l-unità tal-ġestjoni tal-kollateral mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|