+Artikolu 296 Rikonoxximent ta' ftehimiet kuntrattwali ta’ netting
---+Artikolu 296 1.
---+Artikolu 296 2.
---+Artikolu 296 3.

Artikolu 296 Rikonoxximent ta' ftehimiet kuntrattwali ta’ netting

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 296 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu ftehim kuntrattwali ta’ netting biss fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 2 u, fejn rilevanti, 3.
Artikolu 296 2.

Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jintlaħqu mill-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting kollha użati minn istituzzjoni għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura f’din il-Parti:

(a) 

l-istituzzjoni laħqet ftehim kuntrattwali ta’ netting mal-kontroparti tagħha li joħloq obbligu legali wieħed, li jkopri t-transazzjonijiet inklużi kollha, b’tali mod li, f’każ li sseħħ inadempjenza mill-kontroparti hi tkun intitolata tirċievi jew tkun obbligata tħallas biss is-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi pprezzati skont il-valur tas-suq tat-transazzjonijiet individwali inklużi;

(b) 

l-istituzzjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti opinjonijiet legali bil-miktub u raġunati skont liema, f’każ ta’ kontestazzjoni legali tal-ftehim ta’ netting, il-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni ma jkunux jaqbżu dawk imsemmija fil-punt (a). L-opinjoni legali għandha tirreferi għal-liġi applikabbli:

(i) 

il-ġurisdizzjoni li fiha tkun inkorporata l-kontroparti;

(ii) 

jekk tkun involuta fergħa ta’ impriża, li tinsab f’pajjiż li mhuwiex dak li fih l-impriża hija inkorporata, il-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-fergħa;

(iii) 

il-ġurisdizzjoni li l-liġi tagħha tikkontrolla t-transazzjonijiet individwali inklużi fil-ftehim ta’ netting;

(iv) 

il-ġurisdizzjoni li l-liġi tagħha tikkontrolla kwalunkwe kuntratt jew ftehim neċessarju sabiex jiġi affettwat in-netting kuntrattwali;

(c) 

ir-riskju tal-kreditu għal kull kontroparti huwa aggregat b'mod li jwassal għal skopertura legali waħda għat-transazzjonijiet kollha ma’ kull kontroparti. Din l-aggregazzjoni għandha tiġi fatturata għall-finijiet tal-limitu tal-kreditu u għall-finijiet tal-kapital intern;

(d) 

il-kuntratt ma għandu jkun fih l-ebda klawżola li, f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti, tippermetti lil kontroparti mhux inadempjenti li tagħmel biss pagamenti limitati, jew l-ebda pagament, lill-partimonju tal-parti inadempjenti, anki jekk il-parti inadempjenti tkun kreditur nett (jiġifieri l-klawżola walk away).

Jekk xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti ma tkunx sodisfatta li n-netting kuntrattwali huwa legalment validu u infurzabbli skont il-liġi ta’ kull waħda mill-ġurisdizzjonijiet imsemmija fil-punt (b), il-ftehim kuntrattwali ta’ netting ma għandux jiġi rikonoxxut bħala wieħed li jnaqqas ir-riskju għall-ebda mill-kontropartijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lil xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 296 3.

L-opinjonijiet legali msemmija fil-punt (b) jistgħu jitfasslu b’referenza għat-tipi ta’ netting kuntrattwali. Il-kondizzjonijet addizzjonali li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti mill-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting bejn prodotti differenti:

(a) 

is-somma netta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 hija s-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi tal-għeluq ta’ kull ftehim ewlieni individwali bilaterali inkluż u tal-valur pożittiv u negattiv ipprezzat skont il-valur fis-suq tat-transazzjonijiet individwali (l-“Ammont Nett bejn Prodotti Differenti”);

(b) 

l-opinjonijiet legali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom jindirizzaw il-validità u l-infurzabbiltà tal-ftehim kuntrattwali sħiħ ta’ netting bejn prodotti differenti skont it-termini tiegħu u l-impatt tal-arranġament tan-netting fuq il-klawsoli materjali ta’ kull ftehim ewlieni individwali bilaterali inkluż.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit