+Artikolu 300 Definizzjonijiet

Artikolu 300 Definizzjonijiet

Artikolu 300

Definizzjonijiet

▼M8

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima u tal-Parti Sebgħa, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼B

(1) 

“protett f'każ ta' falliment (bankruptcy remote)”, fir-rigward ta’ assi ta' klijent, tfisser li jeżistu arranġamenti effettivi li jiżguraw li dawk l-assi ma jkunux disponibbli għall-kredituri ta’ CCP jew għal membru ta’ kklerjar f’każ ta’ insolvenza ta’ dik is-CCP jew tal-membru ta’ kklerjar rispettivament, jew li l-assi ma jkunux disponibbli għall-membru ta’ kklerjar sabiex ikopri telf imġarrab minnu minħabba l-inadempjenza ta' klijent jew klijenti għajr dawk li pprovdew dawk l-assi;

(2) 

“transazzjoni relatata mas-CCP” tfisser kuntratt jew transazzjoni elenkata fl-Artikolu 301(1) bejn klijent u membru ta’ kklerjar li huma direttament relatati ma’ kuntratt jew transazzjoni elenkata f'dak il-paragrafu bejn dak il-membru ta’ kklerjar u CCP;

(3) 

“membru ta’ kklerjar” tfisser membru ta’ kklerjar kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(4) 

“klijent” tfisser klijent kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew impriża li tkun stabbilixxiet arranġamenti indiretti ta’ kklerjar ma’ membru tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament;

▼M8

(5) 

“tranżazzjoni fi flus” tfisser tranżazzjoni fi flus, strumenti ta' dejn jew ekwitajiet, tranżazzjoni ta' kambju spot jew tranżazzjoni ta' komoditajiet spot; madankollu, tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti b'self ta' titoli jew komoditajiet u ta' teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet mhumiex tranżazzjonijiet fi flus;

(6) 

“arranġament ta' kklerjar indirett” tfisser arranġament li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(7) 

“klijent ta' livell superjuri” tfisser entità li tipprovdi servizzi tal-ikklerjar lil klijent ta' livell inferjuri;

(8) 

“klijent ta' livell inferjuri” tfisser entità li taċċessa s-servizzi ta' CCP permezz ta' klijent ta' livell superjuri;

(9) 

“struttura tal-klijenti b'ħafna livelli” tfisser arranġament ta' kklerjar indirett taħt liema jiġu pprovduti servizz tal-ikklerjar lil istituzzjoni minn entità li mhijiex membru tal-ikklerjar, iżda hija hi stess klijent ta' membru tal-ikklerjar jew ta' klijent ta' livell superjuri;

(10) 

“kontribuzzjoni mhux iffinanzjata għal fond tal-inadempjenza” tfisser kontribuzzjoni li istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar ħadet l-impenn kuntrattwali li tipprovdi lil CCP wara li s-CCP eżawrit il-fond tal-inadempjenza tagħha biex tkopri t-telf li ġarrbet wara l-inadempjenza ta' wieħed jew iktar mill-membri tal-ikklerjar tagħha;

(11) 

“tranżazzjoni ta' għoti jew teħid b'self ta' depożiti ggarantita għalkollox” tfisser tranżazzjoni tas-suq tal-flus kollateralizzata għalkollox li fiha żewġ kontropartijiet jiskambjaw id-depożiti u CCP tpoġġi lilha nnifisha bejniethom biex tiżgura l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi ta' pagament tal-kontropartijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit