|
+Artikolu 325u 2. |
Artikolu 325u 2.L-istrumenti jkunu meqjusa esposti għal riskji residwi meta jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istrument jirreferi għal sottostanti eżotiku, li, għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, tfisser strument ta' portafoll ta' negozjar li jirreferi għal skopertura sottostanti li mhix fl-ambitu tat-trattamenti tar-riskju delta, vega jew kurvatura skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2 jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stipulat fit-Taqsima 5;
(b)
l-istrument huwa strument li għandu riskji residwi oħra, li, għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, tfisser kwalunkwe waħda minn dawn l-istrumenti li ġejjin:
(i)
l-istrumenti li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju vega u kurvatura taħt il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stipulat fit-Taqsima 2 u jiġġenera gwadanji li ma jistgħux jiġu replikati bħala kombinazzjoni lineari definita ta' opzjonijiet vanilla b'biċċa ekwità sottostanti unika, prezz tal-komoditajiet, rata tal-kambju, prezz ta' bond, prezz ta' swap ta' inadempjenza ta' kreditu jew swap tar-rati tal-imgħax;
(ii)
l-istrumenti li huma pożizzjonijiet li huma inklużi fl-ACTP imsemmija fl-Artikolu 325(6); iħħeġġjar li huma inklużi fl-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(8), m'għandux jitqies. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|