+Artikolu 325u Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji residwi
---+Artikolu 325u 1.
---+Artikolu 325u 2.
---+Artikolu 325u 3.
---+Artikolu 325u 4.
---+Artikolu 325u 4a.
---+Artikolu 325u 5.
---+Artikolu 325u 6.
---+Artikolu 325u 7.
|
Artikolu 325u Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji residwi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325u 1.
|
Minbarra r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fit-Taqsima 2, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali għal strumenti esposti għal riskji residwi f'konformità ma' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 325u 2.
|
L-istrumenti jkunu meqjusa esposti għal riskji residwi meta jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istrument jirreferi għal sottostanti eżotiku, li, għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, tfisser strument ta' portafoll ta' negozjar li jirreferi għal skopertura sottostanti li mhix fl-ambitu tat-trattamenti tar-riskju delta, vega jew kurvatura skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2 jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stipulat fit-Taqsima 5;
(b)
l-istrument huwa strument li għandu riskji residwi oħra, li, għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, tfisser kwalunkwe waħda minn dawn l-istrumenti li ġejjin:
(i)
l-istrumenti li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju vega u kurvatura taħt il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stipulat fit-Taqsima 2 u jiġġenera gwadanji li ma jistgħux jiġu replikati bħala kombinazzjoni lineari definita ta' opzjonijiet vanilla b'biċċa ekwità sottostanti unika, prezz tal-komoditajiet, rata tal-kambju, prezz ta' bond, prezz ta' swap ta' inadempjenza ta' kreditu jew swap tar-rati tal-imgħax;
(ii)
l-istrumenti li huma pożizzjonijiet li huma inklużi fl-ACTP imsemmija fl-Artikolu 325(6); iħħeġġjar li huma inklużi fl-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(8), m'għandux jitqies.
|
|
Artikolu 325u 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 bħala s-somma tal-ammonti nozzjonali grossi tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 multiplikata bil-piżijiet tar-riskju li ġejjin:
(a)
1,0 % fil-każ ta' strumenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2;
(b)
0,1 % fil-każ ta' strumenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 325u 4.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjoni m'għandhiex tapplika r-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi għal strument li jissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istrument ikun elenkat fuq borża rikonoxxuta;
(b)
l-istrument huwa eliġibbli għall-ikklerjar ċentrali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(c)
l-istrument ipaċi b'mod perfett ir-riskju tas-suq ta' pożizzjoni oħra fil-portafoll tan-negozju, f'liema każ iż-żewġ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar li jaqblu perfettament għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi.
|
|
Artikolu 325u 4a.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2032, istituzzjoni ma għandhiex tapplika r-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi għal strumenti li għandhom l-għan biss li jiħħeġġjaw ir-riskju tas-suq ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar li jiġġeneraw rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi u li huma soġġetti għall-istess tip ta' riskji residwi bħall-pożizzjonijiet li jiħħeġġjaw. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biex jiġi applikat it-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu jekk l-istituzzjoni tista' turi fuq bażi kontinwa għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-istrumenti jikkonformaw mal-kriterji li għandhom jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet ta' ħħeġġjar. L-istituzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti r-riżultat tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji residwi għall-istrumenti kollha li għalihom tiġi applikata d-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 325u 5.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat x'inhu sottostanti eżotiku u liema strumenti huma strumenti li għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika għandhom riskji residwi oħra għall-finijiet tal-paragrafu 2. Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha teżamina jekk ir-riskju ta' lonġevità, it-temp, id-diżastri naturali u l-volatilità rrealizzata fil-futur għandhomx jitqiesu bħala sottostanti eżotiċi. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 325u 6.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jidentifikaw il-pożizzjonijiet li jikkwalifikaw għad-deroga msemmija fil-paragrafu 4a. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, mill-inqas, in-natura tal-istrumenti msemmija f'dak il-paragrafu, il-profitt u t-telf nett tal-pożizzjonijiet ikkombinati, is-sensittivitajiet tal-pożizzjonijiet ikkombinati u r-riskji li jibqgħu mhux iħħeġġjati fil-pożizzjonijiet ikkombinati, filwaqt li titqies b'mod partikolari l-possibbiltà li l-pożizzjoni oriġinali tista' tiġi ħħeġġjata b'ammont parzjali. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2024. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 325u 7.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2029, l-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-impatt tal-applikazzjoni tat-trattament imsemmi fil-paragrafu 4a. Abbażi tas-sejbiet ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, fejn xieraq, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex ittawwal it-trattament imsemmi f'dak il-paragrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|