+Artikolu 352 Kalkolu tal- pożizzjoni kumplessiva netta tal-kambju
---+Artikolu 352 1.
---+Artikolu 352 3.
---+Artikolu 352 4.
---+Artikolu 352 5.
---+Artikolu 352 6.
|
Artikolu 352 Kalkolu tal- pożizzjoni kumplessiva netta tal-kambju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 352 1.
|
Il-pożizzjoni netta miftuħa tal-istituzzjoni f’kull munita (inkluża l-munita tar-rappurtar) u f’deheb għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma tal-elementi li ġejjin (pożittivi jew negattivi):
(a)
il-pożizzjoni netta spot (jiġifieri l-assi kollha mingħajr il-passivi kollha, inkluż l-imgħax dovut, fil-munita inkwistjoni jew, għad-deheb, il-pożizzjoni netta spot fid-deheb);
(b)
il-pożizzjoni forward netta, li hija l-ammonti kollha li għad iridu jiġu riċevuti mingħajr l-ammonti kollha li għad iridu jitħallsu taħt kambju forward u transazzjonijiet tad-deheb, inklużi l-futures tal-muniti u tad-deheb u l-ammont kapitali fuq l-iswaps tal-muniti mhux inklużi fil-pożizzjoni spot;
(c)
garanziji irrevokabbli u strumenti simili li huma żguri li se jissejħu u aktarx li se jkunu irrikoverabbli;
(d)
l-ekwivalenti tad-delta netta, jew ibbażata fuq id-data, tal-ktieb totali tal-opzjonijiet tal-munita barranija u tad-deheb;
(e)
il-valur tas-suq ta’ opzjonijiet oħra.
Id-delta użata għall-finijiet tal-punt (d) għandha tkun dik tal-borża inkwistjoni. Għall-opzjonijiet OTC, jew fejn id-delta ma tkunx disponibbli mill-borża kkonċernata, l-istituzzjoni tista' tikkalkula d-delta hi stess billi tuża mudell adatt, soġġett għal permess mill-awtoritajiet kompetenti. Il-permess għandu jingħata jekk il-mudell jistma b’mod xieraq ir-rata ta’ bidla fil-valur tal-opzjoni jew tal-warrant fir-rigward ta’ bidliet żgħar fil-prezz tas-suq tas-sottostanti. L-istituzzjoni tista’ tinkludi introjtu/infiq netti futuri li jkunu għadhom mhumiex dovuti iżda diġà ħħeġġjata għalkollox jekk tagħmel dan b’mod konsistenti. L-istituzzjoni tista’ taqsam il-pożizzjonijiet netti f’muniti komposti fil-muniti komponenti skont il-kwoti fis-seħħ.
|
|
Artikolu 352 3.
|
Istituzzjoni tista’ tuża l-valur nett preżenti meta tikkalkula l-pożizzjoni netta miftuħa f’kull munita u fid-deheb, bil-kondizzjoni li l-istituzzjoni tapplika dan l-approċċ b’mod konsistenti.
|
|
Artikolu 352 4.
|
Pożizzjonijiet netti qosra u twal f’kull munita għajr il-munita tar-rappurtar u l-pożizzjoni netta twila jew qasira fid-deheb għandhom jiġu konvertiti bir-rati spot fil-munita tar-rappurtar. Imbagħad għandhom jingħaddu separatament sabiex jiffurmaw it-total tal-pożizzjonijiet netti qosra u t-total tal-pożizzjonijiet netti twal rispettivament. L-ogħla minn dawn iż-żewġ totali għandha tkun il-pożizzjoni netta kumplessiva tal-kambju tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 352 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu b'mod adegwat riskji oħra assoċjati mal-opzjonijiet, minbarra r-riskju tad-delta, fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
|
|
Artikolu 352 6.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu firxa ta’ metodi sabiex jirriflettu riskji oħra fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, minbarra r-riskju delta, b’mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament nazzjonali eżistenti, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw dawk it-trattamenti qabel il-31 ta’ Diċembru 2013.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|