+Artikolu 358 Strumenti partikolari
---+Artikolu 358 1.
---+Artikolu 358 2.
---+Artikolu 358 3.
---+Artikolu 358 4.
---+Artikolu 358 5.

Artikolu 358 Strumenti partikolari

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 358 1.
Il-futures tal-prodotti u l-impenji forward għax-xiri jew bejgħ ta' prodotti individwali għandhom jiġu inkorporati fis-sistema ta’ kalkolu bħala ammonti nozzjonali f’termini tal-unità standard tal-kalkolu u assenjati maturità b’referenza għal data ta' skadenza.
Artikolu 358 2.
L-iswaps ta' prodotti fejn naħa waħda tat-transazzjoni hija prezz fiss u l-oħra hija l-prezz attwali tas-suq għandhom jiġu ttrattati, bħala serje ta’ pożizzjonijiet ugwali għall-ammont nozzjonali tal-kuntratt, b’pożizzjoni waħda, fejn rilevanti, li tikkorrispondi ma' kull pagament fl-iswap u mdaħħla fil-faxex ta’ maturità fl-Artikolu 359(1). Il-pożizzjonijiet għandhom ikunu pożizzjonijiet twal jekk l-istituzzjoni tkun qed tħallas prezz fiss u tirċievi prezz varjabbli u pożizzjonijiet qosra jekk l-istituzzjoni tkun qed tirċievi prezz fiss u tħallas prezz varjabbli. Swaps ta' prodotti fejn in-naħat tat-transazzjoni jkunu f'prodotti differenti għandu jiġi rrapurtat fl-iskala ta’ rappurtar rilevanti għall-approċċ abbażi tal-iskala tal-maturità.
Artikolu 358 3.
L-opzjonijiet u l-warrants fuq prodotti jew fuq derivati ta' prodotti għandhom jiġu ttrattati daqs li kieku kienu pożizzjonijiet ugwali fil-valur għall-ammont tas-sottostanti li għalih tirreferi l-opzjoni, immultiplikat bid-delta tiegħu għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu. Il-pożizzjonijiet tal-aħħar jistgħu nnettjati ma’ kwalunkwe pożizzjoni ta' tpaċija fl-istess prodott sottostanti jew derivat tal-prodott. Id-delta użata għandha tkun dik tal-borża kkonċernata. Għall-opzjonijiet OTC, jew fejn id-delta ma tkunx disponibbli mill-borża kkonċernata, l-istituzzjoni tista' tikkalkula d-delta hi stess billi tuża mudell adatt, soġġett għal permess mill-awtoritajiet kompetenti. Il-permess għandu jingħata jekk il-mudell jistma b’mod xieraq ir-rata ta’ bidla fil-valur tal-opzjoni jew tal-warrant fir-rigward ta’ bidliet żgħar fil-prezz tas-suq tas-sottostanti.

L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu b'mod adegwat riskji oħra assoċjati mal-opzjonijiet, minbarra r-riskju tad-delta, fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.

Artikolu 358 4.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu firxa ta’ metodi sabiex jirriflettu riskji oħra fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, minbarra r-riskju delta, b’mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament nazzjonali eżistenti, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw dawk it-trattamenti qabel il-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 358 5.

Meta l-istituzzjoni tkun waħda minn dawn li ġejjin, hija għandha tinkludi l-prodotti konċernati fil-kalkolu tar-rekwiżit tagħha ta’ fondi proprji għar-riskju tal-prodotti:

(a) 

it-trasferitur ta’ prodotti jew drittijiet garantiti relatati mat-titolu għal prodotti fi ftehim ta’ xiri mill-ġdid;

(b) 

il-mutwanti ta' prodotti fi ftehim ta' self ta' prodotti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit