+Artikolu 378 Riskju tas-saldu/tal-konsenja

Artikolu 378 Riskju tas-saldu/tal-konsenja

Artikolu 378

Riskju tas-saldu/tal-konsenja

Fil-każ ta' transazzjonijiet li fihom strumenti tad-dejn, ekwitajiet, muniti barranin u prodotti għajr transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid u għoti b’self ta' titoli jew prodotti u teħid b’self ta’ titoli jew prodotti ma jkunux saldati wara d-dati dovuti ta’ konsenja tagħhom, istituzzjoni tista’ tikkalkula d-differenza fil-prezz li għaliha tkun esposta.

Id-differenza fil-prezz hija kkalkulata bħala d-differenza bejn il-prezz miftiehem tas-saldu għall-istrument tad-dejn, l-ekwità, il-munita barranija jew il-prodott inkwistjoni u l-valur attwali tas-suq, fejn id-differenza tista’ tinvolvi telf għall-istituzzjoni ta’ kreditu.

L-istituzzjoni għandha timmultiplika dik id-differenza fil-prezz bil-fattur adatt fil-kolonna tal-lemin tat-Tabella 1 segwenti sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għar-riskju tas-saldu.



Tabella 1

Numru ta’ jiem ta' xogħol wara d-data dovuta tas-saldu

(%)

5 — 15

8

16 — 30

50

31 — 45

75

46 jew aktar

100

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit