+Artikolu 379 Konsenji b'xejn (Free deliveries)
---+Artikolu 379 1.
---+Artikolu 379 2.
---+Artikolu 379 3.
|
Artikolu 379 Konsenji b'xejn (Free deliveries)
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 379 1.
|
Istituzzjoni għandha tkun meħtieġa żżomm fondi proprji, kif stabbilit fit-Tabella 2, meta jseħħ dan li ġej:
(a)
tkun ħallset għal titoli, muniti barranin jew prodotti qabel ma tkun irċeviethom jew tkun ikkonsenjat titoli, muniti barranin jew prodotti qabel ma tkun irċeviet il-ħlas għalihom;
(b)
fil-każ ta’ transazzjonijiet transkonfinali, ikunu għaddew ġurnata jew aktar minn meta tkun għamlet dak il-pagament jew il-konsenja.
Tabella 2
Trattament kapitali għal konsenji b’xejn
|
Kolonna 1
|
Kolonna 2
|
Kolonna 3
|
Kolonna 4
|
|
Tip ta’ Transazzjoni
|
Sal-ewwel pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja
|
Mill-ewwel pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja sa erbat ijiem wara t-tieni pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja
|
Minn 5 ijiem ta’ xogħol wara t-tieni pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja sa ma tispiċċa t-transazzjoni
|
|
Konsenja bla ħlas
|
L-ebda allokazzjoni ta' kapital
|
Trattata bħala skopertura
|
Trattata bħala skopertura għar-riskju ppeżata b'1 250 %
|
|
|
Artikolu 379 2.
|
Meta tapplika piż tar-riskju fuq skoperturi għal konsenji bla ħlas ittrattati skont il-Kolonna 3 tat-Tabella 2, istituzzjoni li tuża l-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 tista’ tassenja PDs lil kontropartijiet, li għalihom ma jkollha l-ebda skopertura oħra fil-portafoll mhux tan-negozjar, fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni esterna tal-kontroparti. L-istituzzjonijiet li jużaw stimi proprji tal-“LGDs” jistgħu japplikaw l-LGD stabbilit fl-Artikolu 161(1) fuq skoperturi għal konsenji bla ħlas trattati skont il-Kolonna 3 tat-Tabella 2 bil-kondizzjoni li japplikawh għal dawn l-iskoperturi kollha. Inkella, istituzzjoni li tuża l-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 tista’ tapplika l-piżijiet tar-riskju tal-approċċ Standardizzat, kif stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 bil-kondizzjoni li tapplikahom għal kull skopertura simili jew tista’ tapplika piż ta’ riskju ta’ 100 % għal dawn l-iskoperturi kollha. Jekk l-ammont ta' skopertura pożittiva li jirriżulta minn transazzjonijiet ta’ konsenja bla ħlas ma jkunx materjali, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw piż ta’ riskju ta’ 100 % fuq dawn l-iskoperturi, għajr meta jkun meħtieġ piż ta’ riskju ta’ 1 250 %skont il-Kolonna 4 tat-Tabella 2 fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 379 3.
|
Bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta’ piż ta’ riskju ta’ 1 250 % għall-iskoperturi ta’ konsenja bla ħlas skont il-Kolonna 4 tat-Tabella 2 fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur trasferit flimkien mal-iskopertura pożittiva attwali ta’ dawk l-iskoperturi minn elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|