+Artikolu 396 1.
|
Artikolu 396 1.
Jekk, f’każ eċċezzjonali, l-iskoperturi jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 395(1), l-istituzzjoni għandha tirrapporta mingħajr dewmien il-valur tal-iskopertura lill-awtoritajiet kompetenti li jistgħu, fejn iċ-ċirkustanzi jiġġustifikaw dan, jagħtu perijodu ta’ żmien limitat lill-istituzzjoni sabiex tikkonforma mal-limitu. Fejn ikun applikabbli l-ammont ta' EUR 150 miljun imsemmi fl-Artikolu 395(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li jinqabeż il-limitu ta' 100 % f'termini tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni skont il-każ. Meta, fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, awtorità kompetenti tippermetti li istituzzjoni taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 395(1) għal perijodu itwal minn tliet xhur, l-istituzzjoni għandha tippreżenta pjan għar-ritorn f'waqtu għall-konformità ma' dak il-limitu għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti u għandha twettaq dak il-pjan fil-perijodu maqbul mal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan u għandha tesiġi r-ritorn għall-konformità iktar rapidu jekk adatt.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|