+Artikolu 400 Eżenzjonijiet
---+Artikolu 400 1.
---+Artikolu 400 2.
---+Artikolu 400 3.
---+Artikolu 400 4.
|
Artikolu 400 Eżenzjonijiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 400 1.
|
L-iskoperturi li ġejjin għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):
(a)
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali jew entitajiet tas-settur pubbliku li, meta ma jkunux iggarantiti, jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2;
(b)
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq organizzazzjonijiet internazzjonali jew banek multilaterali tal-iżvilupp li, meta ma jkunux iggarantiti, jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
(c)
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet li jġorru l-garanziji espliċiti ta’ gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali tal-iżvilupp jew entitajiet mis-settur pubbliku, fejn il-pretensjonijiet skoperti fuq l-entità li tipprovdi l-garanzija jiġu assenjati piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
(d)
skoperturi oħra attribwibbli lil, jew garantiti minn, gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali tal-iżvilupp jew entitajiet mis-settur pubbliku, fejn il-pretensjonijiet mhux iggarantiti fuq l-entità li għaliha tkun attribwibbli l-iskopertura jew li tkun garantita minnha tiġi assenjata piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
(e)
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
(f)
skoperturi għall-kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 113(6) jew (7) jekk jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2. Skoperturi li ma jilħqux dawk il-kriterji, irrispettivament minn jekk ikunux eżentati mill-Artikolu 395(1) għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;
(g)
elementi ta' assi u skoperturi oħra garantiti minn kollateral fil-forma ta’ depożiti ta’ flus mal-istituzzjoni mutwanti jew mal-istituzzjoni li tkun l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni mutwanti;
(h)
elementi ta' assi u skoperturi oħra garantiti minn kollateral fil-forma ta’ ċertifikati ta’ depożiti maħruġa mill-istituzzjoni mutwanti jew minn istituzzjoni li tkun l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni mutwanti u depożitati ma' waħda minnhom;
▼M17
(i)
skoperturi li jirriżultaw minn faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda li jkunu kklassifikati bħala entrati tal-bucket 5 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fl-Anness I jew arranġamenti kuntrattwali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex ma jiġux trattati bħala impenji u dment li jkun ġie konkluż ftehim mal-klijent jew mal-grupp ta' klijenti konnessi li skontu l-faċilità tista' tinġibed biss jekk ikun ġie aċċertat li mhijiex ser twassal biex jinqabeż il-limitu applikabbli skont l-Artikolu 395(1);
▼M8
(j)
skoperturi kummerċjali tal-membri tal-ikklerjar u kontribuzzjonijiet għall-fond ta' inadempjenza għal kontropartijiet ċentrali kwalifikati;
▼B
(k)
skoperturi għal skemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE li jirriżultaw mill-iffinanzjar ta’ dawk l-iskemi, jekk l-istituzzjonijiet membri tal-iskema jkollhom obbligu legali jew kuntrattwali sabiex jiffinanzjaw l-iskema;
▼M8
(l)
l-iskoperturi kummerċjali tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 305(2) jew (3);
(m)
holdings ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, jew tas-sussidjarji tagħhom li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, ta' strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE li nħarġu minn kwalunkwe waħda minn dawn l-entitajiet li ġejjin:
(i)
fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, entitajiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
(ii)
fir-rigward ta' sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, is-sussidjarji rilevanti tas-sussidjarja li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
(n)
skoperturi li jirriżultaw minn impenn ta' valur minimu li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 132c(3).
▼B
Flus riċevuti taħt nota marbuta ma' kreditu maħruġa mill-istituzzjoni u self u depożiti ta’ kontroparti lil jew mal-istituzzjoni li jkunu soġġetti għal ftehim ta’ netting fil-karta tal-bilanċ rikonoxxut skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4 għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-punt (g).
|
|
Artikolu 400 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu kompletament jew parzjalment jeżentaw l-iskoperturi li ġejjin:
▼M17
(a)
bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 129;
▼B
(b)
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
▼M8
(c)
skoperturi mġarrba minn istituzzjoni, inkluż permezz ta' parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' holdings, għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta' dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess u holdings kwalifikanti, sakemm dawk l-impriżi ma jkunux koperti mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha tkun soġġetta l-istituzzjoni stess, f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-Direttiva 2002/87/KE jew mal-istandards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz; l-iskoperturi li ma jissodisfawx dawn il-kriterji, kemm jekk ikunu kif ukoll jekk ma jkunux eżentati mill-Artikolu 395(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;
▼B
(d)
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra, inklużi l-holdings jew tipi oħra ta’ holdings, għal istituzzjonijiet reġjonali jew ċentrali ta’ kreditu li tkun assoċjata magħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu f’netwerk skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew statutorji u li jkunu responsabbli, skont dawk id-dispożizzjonijiet, għall-operazzjonijiet ta’ kklerjar ta’ flus fi ħdan in-netwerk;
(e)
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet ta’ kreditu mġarrba minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li minnhom waħda topera fuq bażi mhux kompetittiva, u li tipprovdi jew tiggarantixxi għoti ta' self skont programmi leġislattivi jew l-istatuti tagħha, biex tippromwovi oqsma speċifiċi tal-ekonomija taħt xi forma ta’ superviżjoni governattiva u restrizzjonijiet fuq l-użu tas-self, bil-kondizzjoni li l-iskoperturi rispettivi joriġinaw minn tali self li jkun mgħoddi lill-benefiċjarji permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew mill-garanziji fuq dan is-self;
(f)
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għall-istituzzjonijiet, bil-kondizzjoni li dawk l-iskoperturi ma jikkostitwixxux il-fondi proprji ta' dawn l-istituzzjonijiet, u ma jdumux aktar mill-jum tax-xogħol ta’ wara u ma jkunux denominati f’munita kummerċjali ewlenija;
(g)
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq banek ċentrali fil-forma ta’ riservi minimi meħtieġa miżmuma minn dawk il-banek ċentrali li jkunu denominati fil-muniti nazzjonali tagħhom;
(h)
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali fil-forma ta’ rekwiżiti statutorji ta’ likwidità miżmuma f’titoli tal-gvern li huma denominati u ffinanzjati fil-muniti nazzjonali bil-kondizzjoni li, fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, il-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dawk il-gvernijiet ċentrali assenjati minn ECAI nominata tkun grad ta’ investiment;
▼M17
(i)
50 % tad-dokumenti ta' kreditu tal-bucket 4 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u tal-faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda tal-bucket 3 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I b'maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena u soġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80 % tal-garanziji li mhumiex garanziji fuq self li jkollhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta' garanzija reċiproka li jkollhom l-istatus ta' istituzzjonijiet ta' kreditu;
▼B
(j)
il-garanziji legalment meħtieġa li jintużaw meta self b'ipoteka ffinanzjat permezz tal-ħruġ ta' bonds ta’ ipoteki jitħallas lill-mutwatarju tal-ipoteka qabel ir-reġistrazzjoni finali tal-ipoteka fir-reġistru tal-artijiet, bil-kondizzjoni li l-garanzija ma tintużax biex tnaqqas ir-riskju fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopetura peżati għar-riskju;
▼M8
(k)
skoperturi fil-forma ta' kollateral jew garanzija għal self residenzjali, ipprovduti minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli msemmi fl-Artikolu 201 li jikkwalifika għal klassifikazzjoni tal-kreditu li huwa tal-anqas aktar baxx minn dawn li ġejjin:
(i)
it-tieni skala tal-kwalità kreditizja;
(ii)
l-iskala tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi mal-klassifikazzjoni ta' munita barranija tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-fornitur tal-protezzjoni;
▼M8
(l)
skoperturi fil-forma ta' garanzija għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali, pprovduti minn aġenzija tal-kreditu għall-esportazzjoni li tikkwalifika għall-klassifikazzjoni ta' kreditu li tkun mill-inqas aktar baxxa minn dawn li ġejjin:
(i)
it-tieni skala tal-kwalità kreditizja;
(ii)
l-iskala tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi mal-klassifikazzjoni ta' munita barranija tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-aġenzija tal-kreditu għall-esportazzjoni.
▼B
|
|
Artikolu 400 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jagħmlu użu tal-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 2 meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
in-natura speċifika tal-iskopertura, il-kontroparti jew ir-relazzjoni bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti telimina jew tnaqqas ir-riskju ta' skopertura; u
(b)
kwalunkwe riskju ta' konċentrament li jifdal jista' jiġi indirizzat b'mezzi oħrajn ugwalment effettivi bħall-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi previsti fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2013/36/UE.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar jekk għandhomx il-ħsieb jużaw xi waħda mill-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 f'konformità mal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u jipprovdu lill-ABE bir-raġunijiet li jissostanzjaw l-użu ta' dawk l-eżenzjonijiet.
|
|
Artikolu 400 4.
|
L-applikazzjoni simultanja ta' iktar minn eżenzjoni waħda stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għall-istess skopertura m'għandux ikun permess.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|