+Artikolu 425 Flussi 'l ġewwa
---+Artikolu 425 1.
---+Artikolu 425 2.
---+Artikolu 425 3.
---+Artikolu 425 4.
---+Artikolu 425 5.
---+Artikolu 425 6.
---+Artikolu 425 7.
---+Artikolu 425 8.
---+Artikolu 425 9.

Artikolu 425 Flussi 'l ġewwa

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 425 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw il-flussi ’l ġewwa tal-likwidità tagħhom. Il-flussi ’l ġewwa tal-likwidità għandhom ikunu limitati għal massimu ta’ 75 % tal-flussi ’l barra tal-likwidità. L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw flussi ’l ġewwa tal-likwidità minn depożiti li jkunu saru ma’ istituzzjonijiet oħra li jikkwalifikaw għat-trattamenti stabbiliti fl-Artikolu 113(6) jew (7) ta’ dan ir-Regolament minn dak il-limitu massimu.

L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw flussi ’l ġewwa tal-likwidità minn flejjes dovuti minn mutwatarji jew investituri ta’ bonds fejn dawk il-flussi ’l ġewwa jkunu relatati ma’ self ipotekarju ffinanzjat minn bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4), (5) jew (6) ta’ dan ir-Regolament jew minn bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (EU) 2019/2162 minn dak il-limitu massimu. L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw flussi ’l ġewwa minn self promozzjonali li l-istituzzjonijiet ikunu għaddew. Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali, l-istituzzjoni tista’ teżenta parzjalment jew kompletament flussi ’l ġewwa fejn il-fornitur tal-likwidità jkun istituzzjoni prinċipali jew istituzzjoni sussidjarja tal-istituzzjoni, jew ditta prinċipali jew sussidjarja ta’ investiment tal-istituzzjoni, jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew tal-istess ditta prinċipali ta’ investiment, jew ikun relatatat mal-istituzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE.

Artikolu 425 2.

Il-flussi ’il ġewwa tal-likwidità għandhom jitkejlu fuq it-30 ġurnata li jmiss. Għandhom jiġu inklużi biss il-flussi ’il ġewwa kuntrattwali minn skoperturi li ma jkunux wara d-data tal-għeluq u li l-istituzzjoni ma jkollhiex raġuni għalfejn tistenna minnhom nuqqas ta’ prestazzjoni matul il-perijodu ta’ 30 ġurnata. Il-flussi ’il ġewwa ta' likwidità għandhom jiġu rapportati b'mod sħiħ bil-flussi ’il ġewwa li ġejjin jkunu rapportati separatament:

(a) 

flejjes dovuti minn klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji għall-finijiet tal-pagament tal-ammont kapitali għandhom jitnaqqsu b’50 % tal-valur tagħhom jew bl-impenji kuntrattwali lil dawk il-klijenti sabiex jiġi estiż il-finanzjament, liema minnhom ikun l-ogħla. Dan ma japplikax għal flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 li jkunu kollateralizzati minn assi likwidi skont l-Artikolu 416 kif imsemmi fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, l-istituzzjonijiet li jkunu rċevew impenn imsemmi fl-Artikolu 424(6) sabiex ikunu jistgħu jagħtu self promozzjonali lil riċevitur finali jistgħu jirrikonoxxu fluss ’il ġewwa sal-limitu ta' fluss ’il barra li huma japplikaw għall-impenn korrispondenti biex jagħtu dak is-self promozzjonali;

(b) 

flejjes dovuti minn transazzjonijiet li jiffinanzjaw in-negozju msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3) b'maturità reżidwa sa 30 ġurnata, għandhom jiġu kkunsidrati totalment bħala flussi ’il ġewwa;

▼M8

(c) 

is-self b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita jiġi kunsidrat bi fluss ta' dħul ta' 20 %, diment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni biex tirtira minn u titlob pagament fi żmien 30 ġurnata;

▼B

(d) 

flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 jekk ikunu kollateralizzati minn assi likwidi kif imsemmi fl-Artikolu 416(1), ma għandhomx jiġu kkunsidrati sal-valur nett tat-telf impost tal-assi likwidi u għandhom jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ għall-flejjes dovuti li jifdal;

(e) 

flejjes dovuti li l-istituzzjoni li għandha tagħti dawn il-flejjes tittrattahom skont l-Artikolu 422(3) u (4), għandhom jiġu mmultiplikati bi fluss simettriku ’l ġewwa korrispondenti;

(f) 

flejjes dovuti minn pożizzjonijiet fi strumenti ta' ekwità ta' indiċi prinċipali dment li l-assi likwidi ma jingħaddux darbtejn;

(g) 

kwalunkwe faċilità ta' kreditu jew ta' likwidità mhux miġbuda u kwalunkwe impenn ieħor riċevut m'għandux jiġi kkunsidrat.

Artikolu 425 3.
Il-flussi ’l barra u l-flussi ’il ġewwa mistennija matul il-perijodu ta’ 30 ġurnata mill-kuntratti elenkati fl-Anness II għandhom jiġu riflessi fuq bażi netta fost il-kontropartijiet u għandhom jiġu multiplikati b’100 % f’każ ta’ fluss ’l ġewwa nett. Bażi netta għandha tfisser ukoll in-nett tal-kollateral li għandu jiġi riċevut li jikkwalifika bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416.
Artikolu 425 4.

B'deroga mill-punt (g) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess sabiex jiġi applikat, fluss ’il ġewwa ogħla fuq skont il-bażi għal faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikun hemm raġunijiet biex wieħed jistenna fluss ’il ġewwa ogħla anki taħt suq ikkombinat u stress idjosinkratiku tal-fornitur;

▼M17

(b) 

il-kontroparti tkun istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew tkun marbuta mal-istituzzjoni b'relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew tkun membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) ta' dan ir-Regolament jew l-istituzzjoni ċentrali jew membru ta' network li jkun soġġett għall-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament;

▼B

(c) 

fluss ’il barra korrispondenti simetriku jew iktar konservattiv ikun applikat mill-kontroparti b'deroga mill-Artikolu 422, 423 u 424;

(d) 

l-istituzzjoni u l-kontroparti huma stabbiliti fl-istess Stat Membru.

Artikolu 425 5.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 4 fejn jiġi applikat l-Artikolu 20(1)(b). F'dak il-każ għandhom jintlaħqu kriterji oġġettivi addizzjonali kif stabbiliti fl-att iddelegat imsemmi fl-Artikolu 460. Fejn tali fluss 'il barra iktar baxx jista’ jiġi applikat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar ir-riżultat tal-proċess imsemmi fl-Artikolu 20(1)(b). It-twettiq tal-kondizzjonijiet għal tali fluss ’l barra aktar baxxi għandu jiġu riveduti b’mod regolari mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 425 6.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-kriterji oġġettivi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2015.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 425 7.
L-istituzzjonijiet ma għandhom jirrappurtaw fluss ’il ġewwa mill-ebda wieħed mill-assi likwidi rrappurtati skont l-Artikolu 416 għajr il-pagamenti dovuti fuq l-assi li ma jkunux riflessi fil-valur tas-suq tal-ass.
Artikolu 425 8.
L-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrappurtaw flussi ’il ġewwa minn ebda obbligu ġdid li jkunu daħlu għalih.
Artikolu 425 9.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw biss il-flussi ’il ġewwa ta’ likwidità li għandu jiġi riċevut f’pajjiżi terzi fejn hemm restrizzjonijiet fuq it-trasferiment jew li jkun denominat f’muniti mhux konvertibbli sakemm jikkorrispondu għall-flussi ’l barra rispettivament fil-pajjiż terz jew fil-munita inkwistjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit