|
+Artikolu 425 2. |
Artikolu 425 2.Il-flussi ’il ġewwa tal-likwidità għandhom jitkejlu fuq it-30 ġurnata li jmiss. Għandhom jiġu inklużi biss il-flussi ’il ġewwa kuntrattwali minn skoperturi li ma jkunux wara d-data tal-għeluq u li l-istituzzjoni ma jkollhiex raġuni għalfejn tistenna minnhom nuqqas ta’ prestazzjoni matul il-perijodu ta’ 30 ġurnata. Il-flussi ’il ġewwa ta' likwidità għandhom jiġu rapportati b'mod sħiħ bil-flussi ’il ġewwa li ġejjin jkunu rapportati separatament:
(a)
flejjes dovuti minn klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji għall-finijiet tal-pagament tal-ammont kapitali għandhom jitnaqqsu b’50 % tal-valur tagħhom jew bl-impenji kuntrattwali lil dawk il-klijenti sabiex jiġi estiż il-finanzjament, liema minnhom ikun l-ogħla. Dan ma japplikax għal flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 li jkunu kollateralizzati minn assi likwidi skont l-Artikolu 416 kif imsemmi fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu. B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, l-istituzzjonijiet li jkunu rċevew impenn imsemmi fl-Artikolu 424(6) sabiex ikunu jistgħu jagħtu self promozzjonali lil riċevitur finali jistgħu jirrikonoxxu fluss ’il ġewwa sal-limitu ta' fluss ’il barra li huma japplikaw għall-impenn korrispondenti biex jagħtu dak is-self promozzjonali;
(b)
flejjes dovuti minn transazzjonijiet li jiffinanzjaw in-negozju msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3) b'maturità reżidwa sa 30 ġurnata, għandhom jiġu kkunsidrati totalment bħala flussi ’il ġewwa;
(c)
is-self b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita jiġi kunsidrat bi fluss ta' dħul ta' 20 %, diment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni biex tirtira minn u titlob pagament fi żmien 30 ġurnata;
(d)
flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 jekk ikunu kollateralizzati minn assi likwidi kif imsemmi fl-Artikolu 416(1), ma għandhomx jiġu kkunsidrati sal-valur nett tat-telf impost tal-assi likwidi u għandhom jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ għall-flejjes dovuti li jifdal;
(e)
flejjes dovuti li l-istituzzjoni li għandha tagħti dawn il-flejjes tittrattahom skont l-Artikolu 422(3) u (4), għandhom jiġu mmultiplikati bi fluss simettriku ’l ġewwa korrispondenti;
(f)
flejjes dovuti minn pożizzjonijiet fi strumenti ta' ekwità ta' indiċi prinċipali dment li l-assi likwidi ma jingħaddux darbtejn;
(g)
kwalunkwe faċilità ta' kreditu jew ta' likwidità mhux miġbuda u kwalunkwe impenn ieħor riċevut m'għandux jiġi kkunsidrat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|