+Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli
---+Artikolu 428al Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
------+Artikolu 428al 1.
------+Artikolu 428al 2.
------+Artikolu 428al 3.
------+Artikolu 428al 4.
---+Artikolu 428am Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
---+Artikolu 428an Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
---+Artikolu 428ao Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
---+Artikolu 428ap Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
|
Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli
Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 428al Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
|
-
|
|
Artikolu 428am Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
|
Artikolu 428am
Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
▼C8
L-obbligazzjonijiet, u l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 50 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:
▼M8
(a)
depożiti riċevuti li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
(b)
▼C8
obbligazzjonijiet u elementi jew strumenti tal-kapital b’maturità residwa ta’ inqas minn sena pprovduti minn:
▼M8
(i)
il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
(ii)
gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;
(iii)
entitajiet tas-settur pubbliku ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
(iv)
banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;
(v)
klijenti korporattivi nonfinanzjarji;
(vi)
għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti, bl-eċċezzjoni tad-depożiti riċevuti, li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali kif stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1).
|
|
Artikolu 428an Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
|
Artikolu 428an
Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.
|
|
Artikolu 428ao Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
|
Artikolu 428ao
Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.
|
|
Artikolu 428ap Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
|
Artikolu 428ap
Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
L-obbligazzjonijiet u l-elementi u l-istrumenti kapitali li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:
(a)
l-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni qabel l-aġġustamenti meħtieġa skont l-Artikoli 32 sa 35, it-tnaqqis skont l-Artikolu 36 u l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79;
(b)
l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis tal-elementi msemmija fl-Artikolu 56 u qabel jiġi applikat għalihom l-Artikolu 79, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;
(c)
l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 66 u qabel jiġi applikat l-Artikolu 79, li għandhom maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;
(d)
kwalunkwe strument kapitali ieħor tal-istituzzjoni b'maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;
(e)
kull self u obbligazzjoni oħra garantiti u mhux garantiti b'maturità residwa ta' sena jew iktar, inkluż id-depożiti ta' żmien fiss, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428al sa 428ao.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|