+Artikolu 428aq Kalkolu ssemplifikat tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428aq 1.
---+Artikolu 428aq 2.
---+Artikolu 428aq 3.
---+Artikolu 428aq 4.
---+Artikolu 428aq 5.
---+Artikolu 428aq 6.
---+Artikolu 428aq 7.
---+Artikolu 428aq 8.
---+Artikolu 428aq 9.
---+Artikolu 428aq 10.

Artikolu 428aq Kalkolu ssemplifikat tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 428aq 1.
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, għall-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ bil-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.
Artikolu 428aq 2.
L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, li jkunu kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tagħhom u li fuqhom ma għandhomx sjieda benefiċjarja għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ.

L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, li ma jkunux kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tagħhom iżda li fuqhom għandhom sjieda benefiċjarja għandhom jiġu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati skont it-Taqsima 2.

Artikolu 428aq 3.
L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu sellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, li fuqhom iżommu s-sjieda benefiċjarja, anke fejn ma jibqgħux fil-karta tal-bilanċ tagħhom, għandhom jitqiesu bħala assi aggravati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. Inkella, tali assi għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ.
Artikolu 428aq 4.
Assi li huma aggravati għal maturità residwa ta' sitt xhur jew aktar għandhom jiġu assenjati jew il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkun applikat taħt it-Taqsima 2 għal dawk l-assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati jew inkella l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li huwa altrimenti applikabbli għal dawk l-assi aggravati, skont liema fattur huwa ogħla. L-istess għandu japplika meta l-maturità residwa tal-assi aggravat tkun iqsar mill-maturità residwa tat-tranżazzjoni li tkun is-sors ta' aggravar.

Assi li jkun fadlilhom inqas minn sitt xhur fil-perijodu ta' aggravar, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 għall-istess assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.

Artikolu 428aq 5.
Meta istituzzjoni tuża mill-ġdid jew twiegħed mill-ġdid assi li kienet issellfet, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, u dan ikun kontabilizzat bħala li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, it-tranżazzjoni li permezz tagħha ssellef dak l-assi għandha tiġi ttrattata bħala aggravata sa fejn din it-tranżazzjoni ma tistax timmatura mingħajr ma l-istituzzjoni tirritorna l-assi misluf.
Artikolu 428aq 6.

L-assi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu li jkunu aggravati:

(a) 

assi inklużi fi grupp li jkunu disponibbli għall-użu immedjat bħala kollateral biex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu li jkunu impenjati jew, fejn il-grupp jitħaddem minn bank ċentrali, dawk mhux impenjati iżda għad mhux finanzjati disponibbli għall-istituzzjoni, inkluż assi mqiegħda minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali;;

(b) 

assi li l-istituzzjoni tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'self garantit, finanzjament garantit jew tranżazzjonijiet ta' skambju ta' kollateral u li l-istituzzjoni tista' tiddisponi minnhom;

(c) 

assi marbuta bħala kollateralizzazzjoni eċċessiva mhux obbligatorja għall-ħruġ ta' bond kopert.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassumu li l-assi fil-grupp ikunu aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità stipulata fl-att delegat stipulat fl-Artikolu 460(1), li tibda mill-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità.

Artikolu 428aq 7.

Fil-każ ta' operazzjonijiet temporanji mhux standard imwettqa mill-BĊE jew mill-bank ċentrali ta' Stat Membru jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz sabiex iwettaq il-mandat tiegħu f'perijodu ta' stress finanzjarju fis-suq kollu jew ta' ċirkostanzi makroekonomiċi eċċezzjonali, l-assi li ġejjin jistgħu jirċievu fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas:

(a) 

b'deroga mill-Artikolu 428aw u mill-punt (a) tal-Artikolu 428az(1), assi aggravati għall-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu;

(b) 

b'deroga mill-Artikolu 428aw u mill-punt (b) tal-Artikolu 428ay, flejjes li jirriżultaw mill-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw, bi qbil mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat għall-assi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Għall-assi aggravati msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat ma għandux ikun aktar baxx mill-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li japplika skont it-Taqsima 2 għal dawk l-assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.

Meta japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas f'konformità mat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dak il-fattur imnaqqas fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament stabbli tal-istituzzjonijiet u jieħdu l-miżuri superviżorji adatti fejn meħtieġ.

Artikolu 428aq 8.
L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu assi assoċjati ma' kollateral rikonoxxut bħala marġni ta' varjazzjoni li ddaħħal f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 428k(4) u l-Artikolu 428ah(2) jew bħala marġni inizjali li ddaħħal jew bħala kontribuzzjoni għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ag minn partijiet oħra tal-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ f'konformità ma' dan il-Kapitolu sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju.
Artikolu 428aq 9.
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-ammont ta' strumenti finanzjarji ta' finanzjament stabbli meħtieġ, muniti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tax-xiri. Huma għandhom jeskludu mill-kalkolu tal-ammont ta' strumenti finanzjarji ta' finanzjament stabbli meħtieġ, muniti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tal-bejgħ, dment li dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux riflessi bħala derivattivi jew tranżazzjonijiet ta' finanzjament garantit fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet u li dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu riflessi fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta jiġu saldati.
Artikolu 428aq 10.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li mhumiex imsemmija f'dan il-Kapitolu biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu ammont adatt ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-porzjon ta' dawk l-iskoperturi li jkunu mistennija li jkunu jeħtieġu finanzjament fuq il-perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett. Biex jiddeterminaw dawk il-fatturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont, b'mod partikolari, tad-dannu materjali fir-reputazzjoni għall-istituzzjoni li jista' jirriżulta mill-fatt li ma jipprovdux dan il-finanzjament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ABE t-tipi ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li għalihom ikunu determinaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ mill-inqas darba fis-sena. F'dak ir-rapport għandhom jinkludu spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata biex tiddetermina dawk il-fatturi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit