+Artikolu 428az Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428az 1.
---+Artikolu 428az 2.
|
Artikolu 428az Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 428az 1.
|
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
kwalunkwe assi aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar;
(b)
kwalunkwe assi li mhuwiex dak imsemmi fl-Artikoli 428as sa 428ay, inkluż self lil klijenti finanzjarji li jkollhom maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, skoperturi improduttivi, elementi mnaqqsa mill-fondi proprji, assi fissi, ekwitajiet negozjati mhux ta' kambju, interess ritenut, assi ta' assigurazzjoni, titoli inadempjenti.
|
|
Artikolu 428az 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għad-differenza, jekk pożittiva, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:
(a)
marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;
(b)
il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni li ddaħħlu minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|