|
+Artikolu 429 4. |
Artikolu 429 4.Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-iskopertura totali għandha tkun is-somma tal-valuri tal-iskopertura ta':
(a)
assi, eskluż il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu u l-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 429e, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429b(1);
(b)
kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi tal-kreditu, inkluż dawk il-kuntratti u derivattivi ta' kreditu li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ikkalkulati f'konformità mal-Artikoli 429c u 429d;
(c)
żidiet għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429e;
(d)
elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, bl-esklużjoni tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, derivattivi tal-kreditu, tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 429d u 429g, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429f;
(e)
xiri jew bejgħ fi żmien regolari u li jistennew saldu, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429g. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tranżazzjonijiet ta' saldu twil f'konformità mal-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, kif applikabbli. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valuri tal-iskopertura msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu bl-ammont korrispondenti ta' aġġustamenti ġenerali fir-riskju ta' kreditu għal elementi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, rispettivament, soġġett għal limitu ta' 0 fejn l-aġġustamenti fir-riskju ta' kreditu jkunu naqqsu l-kapital ta' Grad 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|