+Artikolu 430a Obbligi ta' rappurtar speċifiċi
---+Artikolu 430a 1.
---+Artikolu 430a 2.
---+Artikolu 430a 3.

Artikolu 430a Obbligi ta' rappurtar speċifiċi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 430a 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi annwali d-data aggregata li ġejja għal kull suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli li jkunu skoperti għalih:

(a) 

telf li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, f'kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 55 % tal-valur tal-proprjetà tal-proprjetà residenzjali, dment li ma jiġix deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 124(9), fejn ikun applikabbli;

(b) 

telf globali li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, f’kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 100 % tal-valur tal-proprjetà residenzjali;

(c) 

il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, f’kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 100 % tal-valur tal-proprjetà tal-proprjetà residenzjali;

(d) 

telf li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli kummerċjali bħala kollateral, f'kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 55 % tal-valur tal-proprjetà immobbli kummerċjali, dment li ma jiġix deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 124(9), fejn ikun applikabbli;

(e) 

telf globali li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli kummerċjali bħala kollateral, f'kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 100 % tal-valur tal-proprjetà tal-proprjetà immobbli kummerċjali;

(f) 

il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli kummerċjali bħala kollateral, f'kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 100 % tal-valur tal-proprjetà tal-proprjetà immobbli kummerċjali.

Artikolu 430a 2.
Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rrapportata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tal-istituzzjoni rilevanti. Fejn istituzzjoni jkollha fergħa fi Stat Membru ieħor, id-data li tikkonċerna dik il-fergħa għandha wkoll tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Id-data għandha tiġi rrapportata separatament għal kull suq tal-proprjetà immobbli fl-Unjoni li għalih tkun esposta l-istituzzjoni rilevanti.
Artikolu 430a 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw kull sena fuq bażi aggregata d-data speċifikata fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (f), flimkien ma' data storika, fejn tkun disponibbli, għal kull suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli li għalih tkun inġabret tali data. Fuq talba ta' awtorità kompetenti oħra fi Stat Membru jew tal-EBA, awtorità kompetenti għandha tipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti jew lill-EBA informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kundizzjoni tas-swieq tal-proprjetà residenzjali jew tal-proprjetà immobbli kummerċjali f'dak l-Istat Membru.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit