|
+Artikolu 433 Frekwenza u ambitu tad-divulgazzjonijiet |
Artikolu 433 Frekwenza u ambitu tad-divulgazzjonijietArtikolu 433 Frekwenza u ambitu tad-divulgazzjonijiet L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa skont it-Titoli II u III bil-mod stabbilit f'dan l-Artikolu, l-Artikoli 433a, 433b, 433c u 434. L-EBA għandha tippubblika divulgazzjonijiet annwali fuq is-sit web tagħha fl-istess jum li fih l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom jew mill-aktar fis wara dik id-data. L-EBA għandha tippubblika divulgazzjonijiet semiannwali u trimestrali fuq is-sit web tagħha fl-istess jum li fih l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom għall-perjodu korrispondenti, fejn applikabbli, jew mill-aktar fis wara dik id-data. Kwalunkwe dewmien bejn id-data tal-pubblikazzjoni tad-divulgazzjonijiet meħtieġa skont din il-Parti u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rilevanti għandu jkun raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, m'għandux jaqbeż il-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva 2013/36/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|