+Artikolu 435 Divulgazzjoni ta' objettivi u politiki tal-ġestjoni tar-riskju
---+Artikolu 435 1.
---+Artikolu 435 2.
|
Artikolu 435 Divulgazzjoni ta' objettivi u politiki tal-ġestjoni tar-riskju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 435 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-objettivi u l-politiki ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal kull kategorija separata ta' riskju, inkluż ir-riskji msemmijin f'dan it-Titolu. Dawk id-divulgazzjonijiet għandhom jinkludu:
(a)
l-istrateġiji u l-proċessi għall-ġestjoni ta' dawk il-kategoriji ta' riskji;
(b)
l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju rilevanti inkluż l-informazzjoni fuq il-bażi tal-awtorità tagħha, is-setgħat u r-responsabbiltà tagħha f'konformità mad-dokumenti ta' inkorporazzjoni u regolazzjoni tal-istituzzjoni;
(c)
il-portata u n-natura tas-sistemi tar-rappurtar u kejl tar-riskji;
(d)
il-politiki għall-hedging u l-mitigazzjoni tar-riskju, u l-istrateġiji u l-proċessi għall-monitoraġġ tal-effettività kontinwa tal-hedges u l-mitiganti;
(e)
dikjarazzjoni approvata mill-korp maniġerjali dwar l-adegwatezza ta' arranġamenti tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni rilevanti li tiggarantixxi li s-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju fis-seħħ ikunu adegwati fir-rigward tal-profil u l-istrateġija tal-istituzzjoni;
(f)
dikjarazzjoni tar-riskju konċiża approvata mill-korp maniġerjali li fil-qosor tiddeskrivi l-profil ġenerali tar-riskju tal-istituzzjoni rilevanti assoċjat mal-istrateġija tan-negozju; dik id-dikjarazzjoni għandha tinkludi:
(i)
il-proporzjonijiet u ċ-ċifri ewlenin li jipprovdu lill-partijiet ikkonċernati esterni idea komprensiva tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluż kif il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jinteraġixxi mat-tolleranza tar-riskju stabbilita mill-korp maniġerjali;
(ii)
informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intragrupp u tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li jista' jkollhom impatt materjali tal-profil tar-riskju tal-grupp konsolidat.
|
|
Artikolu 435 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' arranġamenti dwar il-governanza:
(a)
in-numru ta' direttorati miżmuma minn membri tal-korp maniġerjali;
(b)
il-politika ta' reklutaġġ għall-għażla ta' membri tal-korp maniġerjali u l-għarfien, il-ħiliet u l-għarfien espert proprju tagħhom;
(c)
il-politika dwar id-diversità fir-rigward tal-għażla ta' membri tal-korp maniġerjali, l-objettivi tagħha u kwalunkwe mira rilevanti stipulata f'dik il-politika, u kemm ikunu nkisbu dawk l-objettivi u l-miri;
(d)
jekk l-istituzzjoni stabbilixxietx jew le kumitat separat tar-riskju u kemm-il darba ltaqa' l-kumitat tar-riskju;
(e)
id-deskrizzjoni tal-fluss ta' informazzjoni dwar ir-riskju għall-korp maniġerjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|