+TITOLU II KRITERJI TEKNIĊI DWAR TRASPARENZA U DIVULGAZZJONI
---+Artikolu 435 Divulgazzjoni ta' objettivi u politiki tal-ġestjoni tar-riskju
------+Artikolu 435 1.
------+Artikolu 435 2.
---+Artikolu 436 Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 437 Divulgazzjoni ta' fondi proprji
---+Artikolu 437a Divulgazzjoni ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 438 Divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju
---+Artikolu 439 Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti
---+Artikolu 440 Divulgazzjoni ta' buffers kapitali kontroċikliċi
---+Artikolu 441 Divulgazzjoni tal-indikaturi ta' importanza sistemika globali
---+Artikolu 442 Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu u riskju ta' dilwizzjoni
---+Artikolu 443 Divulgazzjoni ta' assi aggravati u ta' assi mhux aggravati
---+Artikolu 444 Divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ standardizzat
---+Artikolu 445 Divulgazzjoni ta' skoperturi għar-riskju tas-suq skont l-approċċ standardizzat
------+Artikolu 445 1.
------+Artikolu 445 2.
---+Artikolu 445a Divulgazzjoni tar-riskju ta' CVA
------+Artikolu 445a 1.
------+Artikolu 445a 2.
------+Artikolu 445a 3.
---+Artikolu 446 Divulgazzjoni tar-riskju operazzjonali
------+Artikolu 446 1.
------+Artikolu 446 2.
---+Artikolu 447 Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija
---+Artikolu 448 Divulgazzjoni tal-iskoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax fuq pożizzjonijiet mhux miżmuma fil-portafoll tan-negozjar
------+Artikolu 448 1.
------+Artikolu 448 2.
---+Artikolu 449 Divulgazzjoni tal-iskoperturi għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni
---+Artikolu 449a Divulgazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji tal-ESG)
------+Artikolu 449a 1.
------+Artikolu 449a 2.
------+Artikolu 449a 3.
---+Artikolu 449b Divulgazzjoni tal-iskopertura aggregata għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela
---+Artikolu 450 Divulgazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni
------+Artikolu 450 1.
------+Artikolu 450 2.
---+Artikolu 451 Divulgazzjoni tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja
------+Artikolu 451 1.
------+Artikolu 451 2.
------+Artikolu 451 3.
---+Artikolu 451a Divulgazzjoni ta' rekwiżiti ta' likwidità
------+Artikolu 451a 1.
------+Artikolu 451a 2.
------+Artikolu 451a 3.
------+Artikolu 451a 4.
---+Artikolu 451b Divulgazzjoni tal-iskoperturi tal-kriptoassi u attivitajiet relatati
------+Artikolu 451b 1.
------+Artikolu 451b 2.
|
TITOLU II KRITERJI TEKNIĊI DWAR TRASPARENZA U DIVULGAZZJONI
TITOLU II KRITERJI TEKNIĊI DWAR TRASPARENZA U DIVULGAZZJONI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 435 Divulgazzjoni ta' objettivi u politiki tal-ġestjoni tar-riskju
|
-
|
|
Artikolu 436 Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni
|
Artikolu 436
Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ġej:
(a)
isem l-istituzzjoni li għaliha japplika dan ir-Regolament;
(b)
rikonċiljazzjoni bejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mar-rekwiżiti dwar il-konsolidazzjoni regolatorja skont it-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed; dik ir-rikonċiljazzjoni għandha tiddeskrivi d-differenzi bejn l-ambitu tal-kontabbiltà u dak regolatorju tal-konsolidazzjoni u l-entitajiet legali inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja meta jkun differenti mill-ambitu tal-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà; il-qafas tal-entitajiet legali inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja għandu jiddeskrivi l-metodu ta' konsolidazzjoni regolatorja meta jkun differenti mill-metodu ta' konsolidazzjoni tal-kontabbiltà, jekk dawk l-entitajiet ikunux konsolidati bis-sħiħ jew b'mod proporzjonali u jekk il-holdings f'dawk l-entitajiet legali jitnaqqsux mill-fondi proprji;
(c)
diżaggregazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mar-rekwiżiti dwar il-konsolidazzjoni regolatorja skont it-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, diżaggregati skont it-tip ta' riskji kif imsemmi taħt din il-Parti;
(d)
rikonċiljazzjoni li tidentifika s-sorsi ewlenin ta' differenzi bejn l-ammonti ta' valur riportat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont l-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja kif definit fit-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, u l-ammont ta' skopertura użat għal finijiet regolatorji; dik ir-rikonċiljazzjoni għandha tiġi supplimentata minn informazzjoni kwalitattiva dwar dawk is-sorsi ewlenin ta' differenzi;
(e)
għal skoperturi mill-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar li jkunu aġġustati f'konformità mal-Artikolu 34 u l-Artikolu 105, diżaggregazzjoni tal-ammonti tal-elementi kostitwenti ta' aġġustament prudenti tal-valwazzjoni tal-istituzzjoni, skont it-tip ta' riskji, u t-total ta' elementi kostitwenti b'mod separat għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar;
(f)
kwalunkwe impediment sinifikattiv, prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew ta' ripagament tal-obbligazzjonijiet bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;
(g)
l-ammont aggregat li skontu l-fondi proprji attwali jkunu inqas minn dak meħtieġ fis-sussidjarji kollha mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, u l-isem jew l-ismijiet ta' dawk is-sussidjarji;
(h)
fejn applikabbli, iċ-ċirkostanzi li fihom isir użu mid-deroga msemmija fl-Artikolu 7 jew il-metodu ta' konsolidazzjoni individwali stabbilit fl-Artikolu 9.
|
|
Artikolu 437 Divulgazzjoni ta' fondi proprji
|
Artikolu 437
Divulgazzjoni ta' fondi proprji
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji tagħhom:
(a)
rikonċiljazzjoni tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali, l-elementi ta' Grad 2 u l-filtri u t-tnaqqis applikati għall-fondi proprji tal-istituzzjoni skont l-Artikoli 32 sa 36, 56, 66 u 79 mal-karta tal-bilanċ fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tal-istituzzjoni;
(b)
deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u dawk ta' Grad 1 Addizzjonali u l-istrumenti ta' Grad 2 maħruġa mill-istituzzjoni;
(c)
it-termini u l-kondizzjonijiet sħaħ tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, dawk ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 kollha;
(d)
divulgazzjoni separata tan-natura u l-ammonti ta' dawn li ġejjin:
(i)
kull filtru prudenzjali applikat skont l-Artikoli 32 sa 35;
(ii)
elementi mnaqqsa skont l-Artikoli 36, 56 u 66;
(iii)
elementi mhux imnaqqsa skont l-Artikoli 47, 48, 56, 66 u 79;
(e)
deskrizzjoni tar-restrizzjonijiet kollha applikati għall-kalkolu ta' fondi proprji f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-istrumenti, il-filtri prudenzjali u t-tnaqqis li japplikaw għalihom dawk ir-restrizzjonijiet;
(f)
spjegazzjoni dettaljata tal-bażi li fuqha jiġu kalkulati proporzjonijiet kapitali fejn dawk il-proporzjonijiet kapitali jiġu kalkulati billi jintużaw elementi ta' fondi proprji determinati fuq bażi ħlief il-bażi stabbilita f'dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 437a Divulgazzjoni ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
|
Artikolu 437a
Divulgazzjoni ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Artikolu 92a jew 92b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji jew l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom:
(a)
il-kompożizzjoni tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom, il-maturità tagħhom u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom;
(b)
il-klassifikazzjoni tal-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-ġerarkija tal-kredituri;
(c)
l-ammont totali ta' kull ħruġ ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fl-Artikolu 72b u l-ammont ta' dak il-ħruġ li jiġi inkluż fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fi ħdan il-limiti speċifikati fl-Artikolu 72b(3) u (4);
(d)
l-ammont totali ta' obbligazzjonijiet esklużi msemmi fl-Artikolu 72a(2).
|
|
Artikolu 438 Divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju
|
Artikolu 438
Divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 92 ta' dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 73 u l-punt(a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE:
(a)
sommarju tal-approċċ tagħhom għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom għall-appoġġ ta' attivitajiet attwali u futuri;
▼M17
(b)
l-ammont tar-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali bbażati fuq il-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fl-Artikolu 104(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiġu indirizzati riskji oħra li mhumiex ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u l-kompożizzjoni tiegħu;
▼M8
(c)
fuq talba mill-awtorità kompetenti rilevanti, ir-riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-istituzzjoni;
▼M17
(d)
l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u r-rekwiżiti korrispondenti ta' fondi proprji kif iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 92(2), li għandhom jiġu diżaggregati skont il-kategoriji tar-riskju jew il-klassijiet tal-iskoperturi għar-riskju differenti, kif ikun applikabbli, stabbiliti fil-Parti Tlieta u, fejn ikun applikabbli, spjegazzjoni tal-effett fuq il-kalkolu tal-ammonti ta' fondi proprji u tal-iskoperturi ponderati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' livelli minimi ta' kapital u min-nuqqas ta' tnaqqis tal-elementi mill-fondi proprji;
▼M17
(da)
fejn meħtieġ biex jiġi kkalkulat l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(4), u l-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(5), li għandu jiġi diżaggregat skont il-kategoriji tar-riskju jew il-klassijiet tal-iskoperturi għar-riskju differenti, kif ikun applikabbli, stabbiliti fil-Parti Tlieta u, fejn ikun applikabbli, spjegazzjoni tal-effett fuq il-kalkolu tal-ammonti ta' fondi proprji u tal-iskoperturi ponderati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' livelli minimi ta' kapital u min-nuqqas ta' tnaqqis tal-elementi mill-fondi proprji;
▼M17
(e)
l-iskoperturi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u t-telf mistenni assoċjat għal kull kategorija ta' self speċjalizzat imsemmija fl-Artikolu 153(5), it-Tabella 1, u l-iskoperturi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għall-kategoriji tal-iskoperturi ta' ekwità stabbiliti fl-Artikolu 133(3) sa (6), u l-Artikolu 495a(3);
▼M8
(f)
il-valur tal-iskopertura u l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju tal-istrumenti ta' fondi proprji miżmuma fi kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding ta' assigurazzjoni li l-istituzzjonijiet ma jnaqqsux mill-fondi proprji tagħhom f'konformità mal-Artikolu 49 meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' kapital tagħhom fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata;
(g)
ir-rekwiżit supplimentari ta' fondi proprji u l-proporzjon ta' adegwatezza tal-kapital tal-konglomerat finanzjarju kalkulati f'konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/87/KE u l-Anness I ta' dik id-Direttiva fejn jiġi applikat il-metodu 1 jew 2 stipulat f'dak l-Anness;
(h)
il-varjazzjonijiet fl-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju tal-perijodu tad-divulgazzjoni attwali meta mqabbel mal-perijodu tad-divulgazzjoni immedjatament preċedenti li jirriżultaw mill-użu ta' mudelli interni, inkluż deskrizzjoni tal-motivaturi ewlenin li jispjegaw dawk il-varjazzjonijiet.
|
|
Artikolu 439 Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti
|
Artikolu 439
Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskopertura tagħhom għal riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif imsemmi fil-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
(a)
deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex tassenja limiti interni tal-kapital u l-kreditu għall-iskoperturi ta' kreditu tal-kontroparti, inkluż il-metodi biex jassenjaw dawk il-limiti lil skoperturi għal kontropartijiet ċentrali;
(b)
deskrizzjoni ta' politiki relatati ma' garanziji u mitiganti oħra tar-riskju ta' kreditu, bħall-politiki għall-iżgurar ta' kollateral u l-istabbiliment ta' riservi tal-kreditu;
(c)
deskrizzjoni ta' politiki fir-rigward ta' Riskju Ġenerali ta' Korrelazzjoni Ħażina u Riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Ħażina kif definiti fl-Artikolu 291;
(d)
l-ammont ta' kollateral li l-istituzzjoni jkollha tipprovdi jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha titbaxxa;
(e)
l-ammont ta' kollateral segregat u mhux segregat riċevut u depożitat għal kull tip ta' kollateral, diżaggregat ulterjorment bejn kollateral użat għal derivattivi u tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli;
(f)
għal tranżazzjonijiet ta' derivattivi, il-valuri ta' skopertura qabel u wara l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kif determinat skont il-metodi stipulati fit-Taqsimiet 3 sa 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, skont liema metodu jkun applikabbli, u l-ammonti ta' skopertura tar-riskju assoċjat diżaggregat skont il-metodu applikabbli;
(g)
għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, il-valuri ta' skopertura qabel u wara l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kif determinat skont il-metodi stipulati fil-Kapitoli 4 u 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, skont liema metodu jintuża, u l-ammonti ta' skopertura tar-riskju assoċjat diżaggregati skont il-metodu applikabbli;
(h)
il-valuri ta' skopertura wara l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu u l-iskoperturi tar-riskju assoċjat għall-imposta kapitali tal-aġġustament ta' valutazzjoni tal-kreditu b'mod separat għal kull metodu kif stipulat fit-Titolu VI tal-Parti Tlieta;
(i)
il-valur ta' skopertura għal kontropartijiet ċentrali u l-iskoperturi tar-riskju assoċjat fl-ambitu tat-Taqsima 9 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, b'mod separat għall-kontropartijiet ċentrali kwalifikanti u mhux kwalifikanti, u diżaggregati skont it-tipi ta' skoperturi;
(j)
l-ammonti nozzjonali u l-valur ġust ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu; It-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip ta' prodott; fi ħdan kull tip ta' prodott, it-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu diżaggregati ulterjorment skont il-protezzjoni ta' kreditu mixtrija u l-protezzjoni ta' kreditu mibjugħa;
(k)
l-istima tal-alpha meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtoritajiet kompetenti biex tuża l-istima tal-alpha tagħha stess f'konformità mal-Artikolu 284(9);
(l)
b'mod separat, l-iskoperturi inklużi fil-punt (e) tal-Artikolu 444 u l-punt (g) tal-Artikolu 452;
(m)
għall-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stipulati fit-Taqsimiet 4 sa 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, id-daqs tan-negozju tad-derivattivi tagħhom li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ kif kalkulat skont l-Artikolu 273a(1) u (2), kif applikabbli.
Fejn il-bank ċentrali ta' Stat Membru jipprovdi l-assistenza ta' likwidità fil-forma ta' tranżazzjonijiet ta' swap kollaterali, l-awtorità kompetenti tista' teżenta l-istituzzjonijiet mir-rekwiżit fil-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu meta dik l-awtorità' kompetenti tqis li d-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fihom tista' tikxef li ġiet ipprovduta assistenza ta' likwidità ta' emerġenza. Għal dawk il-finijiet, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi livelli limiti adatti u kriterji objettivi.
|
|
Artikolu 440 Divulgazzjoni ta' buffers kapitali kontroċikliċi
|
Artikolu 440
Divulgazzjoni ta' buffers kapitali kontroċikliċi
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-rekwiżit għal buffer kapitali kontroċikliku kif imsemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE:
(a)
id-distribuzzjoni ġeografika tal-ammonti ta' skopertura u l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tal-kreditu tagħha użati bħala bażi għall-kalkolu tal-buffer kapitali kontroċikliku tagħhom;
(b)
l-ammont tal-buffer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 441 Divulgazzjoni tal-indikaturi ta' importanza sistemika globali
|
Artikolu 441
Divulgazzjoni tal-indikaturi ta' importanza sistemika globali
Il-G-SIIs għandhom jiddivulgaw, fuq bażi annwali, il-valuri tal-indikaturi użati biex jiddeterminaw il-punteġġ tagħhom f'konformità mal-metodoloġija ta' identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
Artikolu 442 Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu u riskju ta' dilwizzjoni
|
Artikolu 442
Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu u riskju ta' dilwizzjoni
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom għar-riskju ta' kreditu u r-riskju ta' dilwizzjoni:
(a)
il-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet li jużaw għal finijiet ta' kontabbiltà ta' ''wara d-data tal-għeluq'' u ''danneġġati'' u d-differenzi, jekk ikun hemm, bejn id-definizzjonijiet ta' ''wara d-data tal-għeluq'' u ''awtomatiċi'' għal finijiet ta' kontabbiltà u regolatorji;
(b)
deskrizzjoni tal-approċċi u l-metodi adottati għad-determinazzjoni ta' aġġustamenti fir-riskju ta' kreditu speċifiku u ġenerali;
(c)
informazzjoni dwar l-ammont u l-kwalità ta' skoperturi produttivi, improduttivi u mrażżna għal self, titolizzazzjonijiet tad-dejn u skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, inkluż l-indeboliment akkumulat relatat tagħhom, id-dispożizzjonijiet u l-bidliet negattivi fil-valur ġust minħabba r-riskju tal-kreditu u l-ammonti ta' kollateral u garanziji finanzjarji riċevuti;
(d)
analiżi tal-età tal-kontabbiltà ta' skoperturi wara d-data ta' għeluq;
(e)
l-ammonti gross riportati ta' skoperturi kemm inadempjenti kif ukoll mhux inadempjenti, l-aġġustamenti speċifiċi u ġenerali akkumulati tar-riskju tal-kreditu, it-tħassir akkumulat magħmul kontra dawk l-iskoperturi u l-ammonti netti riportati u d-distribuzzjoni tagħhom skont iż-żona ġeografika u t-tip ta' industrija u għal self, titolizzazzjonijiet tad-dejn u skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ;
(f)
kwalunkwe bidla fl-ammont gross ta' skoperturi inadempjenti li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż, bħala minimu, informazzjoni dwar il-ftuħ u l-għeluq ta' bilanċi ta' dawk l-iskoperturi, l-ammont gross ta' kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi mreġġa' lura għal status ta' mhux inadempjenti jew soġġetti għal tħassir;
(g)
id-diżaggregazzjoni ta' self u titoli tad-dejn skont il-maturità residwa.
|
|
Artikolu 443 Divulgazzjoni ta' assi aggravati u ta' assi mhux aggravati
|
Artikolu 443
Divulgazzjoni ta' assi aggravati u ta' assi mhux aggravati
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar l-assi aggravati u ta' assi mhux aggravati tagħhom. Għal dawk il-finijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont riportat għal kull klassi ta' skopertura diżaggregat skont il-kwalità tal-assi u l-ammont totali tal-ammont riportat li jkun aggravat u mhux aggravat. Id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar assi aggravati u mhux aggravati ma għandhiex tiżvela assistenza ta' likwidità ta' emerġenza pprovduta minn banek ċentrali.
|
|
Artikolu 444 Divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ standardizzat
|
Artikolu 444
Divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ standardizzat
L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja għal kull waħda mill-klassijiet ta' skopertura stipulati fl-Artikolu 112:
(a)
l-ismijiet tal-ECAIs u l-ECAs nominati u r-raġunijiet għal kwalunkwe bidla f'dawk in-nominazzjonijiet tul il-perijodu tad-divulgazzjoni;
(b)
il-klassijiet ta' skopertura li għalihom tintuża kull ECAI jew ECA;
(c)
deskrizzjoni tal-proċess użat biex jittrasferixxi lill-emittent u joħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq elementi mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar;
(d)
l-assoċjazzjoni tal-klassifikazzjoni esterna ta' kull ECAI jew ECA nominata bil-ponderazzjonijiet tar-riskju li jikkorrispondu għall-klassi tal-mertu tal-kreditu kif stipulat fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, filwaqt li jittieħed kont li mhuwiex neċessarju li tiġi divulgata dik l-informazzjoni meta l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-assoċjazzjoni standard pubblikata mill-ABE;
(e)
il-valuri ta' skopertura wara l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat ma' kull klassi tal-mertu tal-kreditu kif stipulat fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, skont il-klassijiet ta' skopertura, kif ukoll il-valuri ta' skopertura mnaqqsa mill-fondi proprji.
|
|
Artikolu 445 Divulgazzjoni ta' skoperturi għar-riskju tas-suq skont l-approċċ standardizzat
|
-
|
|
Artikolu 445a Divulgazzjoni tar-riskju ta' CVA
|
-
|
|
Artikolu 446 Divulgazzjoni tar-riskju operazzjonali
|
-
|
|
Artikolu 447 Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija
|
Artikolu 447
Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-metrika ewlenija li ġejja f'format tabulari:
▼M17
(a)
il-kompożizzjoni tal-fondi proprji tagħhom u l-proporzjonijiet tal-kapital ibbażat fuq ir-riskju tagħhom ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 92(2);
▼M17
(aa)
fejn applikabbli, il-proporzjonijiet tal-kapital ibbażati fuq ir-riskju kif ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 92(2), bl-użu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu minflok l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;
▼M17
(b)
l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u, fejn applikabbli, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(4);
▼M8
(c)
fejn applikabbli, l-ammont u l-kompożizzjoni ta' fondi proprji addizzjonali li l-istituzzjonijiet jenħtieġu li jżommu f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
▼M17
(d)
ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jżommu f'konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE;
▼M8
(e)
il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom u l-kejl tal-iskopertura totali kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 429;
(f)
l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1):
(i)
il-medja jew il-medji, kif applikabbli, tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(ii)
il-medja jew il-medji, kif applikabbli, ta' assi likwidi totali, wara l-applikazzjoni tal-haircuts rilevanti, inklużi fir-riżerva ta' likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(iii)
il-medji tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità, tal-flussi ta' dħul u l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom kif ikkalkulati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), abbażi tal-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(g)
l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kif kalkulat f'konformità mat-Titolu IV tal-Parti Sitta:
(i)
il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(ii)
il-finanzjament stabbli disponibbli fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(iii)
il-finanzjament stabbli meħtieġ fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(h)
il-proporzjonijiet tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom u l-komponenti, in-numeratur u d-denominatur tagħhom, kif kalkulati f'konformità mal-Artikoli 92a u 92b u diżaggregati fil-livell ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni fejn applikabbli.
|
|
Artikolu 448 Divulgazzjoni tal-iskoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax fuq pożizzjonijiet mhux miżmuma fil-portafoll tan-negozjar
|
-
|
|
Artikolu 449 Divulgazzjoni tal-iskoperturi għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni
|
Artikolu 449
Divulgazzjoni tal-iskoperturi għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni
L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 337 jew 338 għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja b'mod separat għall-attivitajiet tal-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom:
(a)
deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni tagħhom, inkluż l-objettivi tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju u ta' investiment b'konnessjoni ma' dawk l-attivitajiet, ir-rwol tagħhom fit-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, jekk jużawx it-titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (STS) kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 242, u sa fejn huma jużaw tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjoni biex jittrasferixxu r-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi titolizzati lil partijiet terzi, fejn applikabbli, b'deskrizzjoni separata tal-politika tagħhom dwar trasferiment tar-riskju tat-titolizzazzjoni sintetika;
(b)
it-tip ta' riskji li jkunu esposti għalihom fl-attivitajiet tagħhom ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni skont il-livell ta' anzjanità tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni rilevanti filwaqt li jipprovdu distinzjoni bejn pożizzjonijiet STS u dawk non-STS u:
(i)
r-riskju ritenut fi tranżazzjonijiet awtooriġinati;
(ii)
ir-riskju mġarrab fir-rigward ta' tranżazzjonijiet oriġinati minn partijiet terzi;
(c)
l-approċċi tagħhom għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju li japplikaw għall-attivitajiet ta' titolizzazzjoni tagħhom, inkluż it-tipi ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li għalihom japplika kull approċċ u b'distinzjoni bejn pożizzjonijiet STS u dawk non-STS;
(d)
lista ta' SSPEs li jaqgħu fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin, b'deskrizzjoni tat-tipi tagħhom ta' skoperturi għal dawk l-SSPEs, inkluż kuntratti tad-derivattivi:
(i)
SSPEs li jakkwistaw skoperturi oriġinati mill-istituzzjonijiet;
(ii)
SSPEs sponsorjati mill-istituzzjonijiet;
(iii)
SSPEs jew entitajiet legali oħra li għalihom l-istituzzjonijiet jipprovdu servizzi relatati mat-titolizzazzjoni, bħal servizzi ta' konsulenza, ta' manutenzjoni tal-assi jew ta' ġestjoni;
(iv)
SSPEs inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' konsolidazzjoni regolatorja tal-istituzzjonijiet;
(e)
lista ta' kwalunkwe entità legali li fir-rigward tagħha l-istituzzjonijiet ikunu ddivulgaw li pprovdew appoġġ f'konformità mal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
(f)
lista ta' entitajiet legali affiljati mal-istituzzjonijiet u li jinvestu f'titolizzazzjonijiet oriġinati mill-istituzzjonijiet jew f'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni maħruġa minn SSPEs sponsorjati mill-istituzzjonijiet;
(g)
sommarju tal-politiki ta' kontabbiltà tagħhom għall-attività ta' titolizzazzjoni, inkluż fejn rilevanti distinzjoni bejn pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni;
(h)
l-ismijiet tal-ECAIs użati għat-titolizzazzjonijiet u t-tipi ta' skopertura li għalihom tintuża kull aġenzija;
(i)
fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna kif stipulat fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, inkluż l-istruttura tal-proċess ta' valutazzjoni interna u r-relazzjoni bejn il-valutazzjoni interna u l-klassifikazzjonijiet esterni tal-ECAI rilevanti divulgata f'konformità mal-punt (h), il-mekkaniżmi ta' kontroll għall-proċess ta' valutazzjoni interna inkluż diskussjoni tal-indipendenza, ir-responsabbiltà, u l-analiżi tal-proċess ta' valutazzjoni interna, it-tipi ta' skoperturi li għalihom jiġi applikat il-proċess ta' valutazzjoni interna u l-fatturi ta' stress użati biex jiddeterminaw il-livelli ta' titjib tal-kreditu;
(j)
b'mod separat għall-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar, l-ammont riportat ta' skoperturi titolizzati, inkluż informazzjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet ikunux ittrasferixxew riskju tal-kreditu sinifikanti f'konformità mal-Artikoli 244 u 245, li għalih l-istituzzjonijiet jaġixxu bħala oriġinatur, sponsor jew investitur, b'mod separat għal titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi, u għal tranżazzjonijiet STS u non-STS u diżaggregati skont it-tip ta' skoperturi titolizzati;
(k)
għall-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar, l-informazzjoni li ġejja:
(i)
l-ammont aggregat ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fejn l-istituzzjonijiet jaġixxu bħala oriġinatur jew sponsor u l-assi ponderati għar-riskju assoċjat u r-rekwiżiti ta' kapital minn approċċi regolatorji, inkluż skoperturi mnaqqsa minn fondi proprji jew ponderati għar-riskju fil-livell ta' 1 250 %, diżaggregat bejn titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi u bejn skoperturi ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, b'mod separat għall-pożizzjonijiet STS u non-STS, u diżaggregat ulterjorment f'numru sinifikanti ta' faxex ta' rekwiżiti ta' ponderazzjoni għar-riskju jew ta' kapital, u minn approċċ użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital;
(ii)
l-ammont aggregat ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni meta l-istituzzjonijiet jaġixxu ta' investitur u l-assi ponderati għar-riskju assoċjat u r-rekwiżiti ta' kapital minn approċċi regolatorji, inkluż skoperturi mnaqqsa minn fondi proprji jew ponderati għar-riskju fil-livell ta' 1 250 %, diżaggregat bejn titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi, pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, u pożizzjonijiet STS u non-STS, u diżaggregat ulterjorment f'numru sinifikanti ta' faxex ta' rekwiżiti ta' ponderazzjoni għar-riskju jew ta' kapital, u minn approċċ użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital;
(l)
għal skoperturi titolizzati mill-istituzzjoni, l-ammont ta' skoperturi inadempjenti u l-ammont ta' aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu li saru mill-istituzzjoni matul il-perijodu attwali, diżaggregat skont it-tip ta' skopertura.
|
|
Artikolu 449a Divulgazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji tal-ESG)
|
-
|
|
Artikolu 449b Divulgazzjoni tal-iskopertura aggregata għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela
|
Artikolu 449b
Divulgazzjoni tal-iskopertura aggregata għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni dwar l-iskopertura aggregata tagħhom għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela, kif imsemmi fl-Artikolu 394(2), it-tieni subparagrafu.
|
|
Artikolu 450 Divulgazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni
|
-
|
|
Artikolu 451 Divulgazzjoni tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja
|
-
|
|
Artikolu 451a Divulgazzjoni ta' rekwiżiti ta' likwidità
|
-
|
|
Artikolu 451b Divulgazzjoni tal-iskoperturi tal-kriptoassi u attivitajiet relatati
|
-
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|