|
+Artikolu 445 2. |
Artikolu 445 2.L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità mal-Parti Tlieta, Titolu IV, Kapitolu 1a, għandhom jiddivulgaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħhom, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet, it-tariffa tar-riskju ta' inadempjenza u r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji residwi. Id-divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-miżuri tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet u għar-riskju ta' inadempjenza għandha tiġi diżaggregata fl-istrumenti li ġejjin:
(a)
strumenti finanzjarji li mhumiex strumenti ta' titolizzazzjoni miżmuma fil-portafoll tan-negozjar, b'diżaggregazzjoni skont il-klassi tar-riskju, u identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza;
(b)
strumenti ta' titolizzazzjoni mhux miżmuma fl-ACTP, b'identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu u tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza;
(c)
strumenti ta' titolizzazzjoni miżmuma fl-ACTP, b'identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu u tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|